STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat Ċentru li se joffri seminars relatati mas-saħħa mentali u l-benesseri tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa
Fil-ġimgħa ddedikata għal għarfien dwar is-saħħa mentali, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura ċentru li se jkun qed joffri numru ta' seminars relatati mas-saħħa mentali u l-benesseri tal-infermiera u l-qwiebel.
Ġie spjegat kif l-MUMN u l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva laħqu ftehim biex jikkollaboraw flimkien u jibdew isiru dawn it-tip ta' seminars li jħarrġu u jħarsu s-saħħa mentali u l-benesseri tal-professjonisti.
Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li għal dawn is-seminars se jkunu qed jattendu madwar 4,200 persuna u kif permezz ta' dawn is-seminars se jkunu qed joffru għajnuna lill-professjonisti. Saħaq li dawn is-seminars se jkunu ta' importanza u se jkunu qed jgħinu lill-professjonisti mas-sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom ta' kuljum.
“Permezz ta' din il-kollaborazzjoni ser naraw li l-professjonisti jkunu mħarrġa u jingħataw għajnuna fejn hemm bżonn biex tiġi mħarsa s-saħħa mentali tagħhom. Din hija parti mill-viżjoni tal-gvern fejn tidħol is-saħħa mentali fejn qed niżguraw li inħarsu wkoll is-saħħa mentali tal-professjonisti tagħna li huma ferm importanti għas-servizzi ta' kura li joffru lill-Maltin u l-Għawdxin," temm jgħid il-ministru.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926