STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Investiment ta’ ’l fuq minn €20 miljun f’rinnovar ta’ waħda mil-lukandi ewlenin f’San Pawl il-Baħar
Il-binja li sa ftit tax-xhur ilu kienet magħrufa bħala l-lukanda Dolmen f'San Pawl il-Baħar, illum għolliet il-grad tagħha għal Double Tree Hilton Malta.
Dan sar permezz ta' investiment ta' 'l fuq minn €20 miljun li involva rinnovar tal-faċilitajiet li għandha l-imsemmija lukanda li jinkludu kmamar, l-entratura prinċipali u faċilitajiet tal-konferenzi. Fil-fatt, huwa stmat li aktar minn 290 kamra ġew rinnovati, żdiedet l-offerta ta' restoranti fil-lukanda kif ukoll sar investiment sabiex titjieb l-effiċjenza fil-konsum tal-enerġija li tagħmel Double Tree Hilton Malta.
Dawn id-dettalji tħabbru waqt l-inawgurazzjoni ta' dan l-investiment mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo.
Il-ministru rrimarka kif dan l-investiment jimxi id f'id mal-pjan tal-Gvern li jkompli jaġġorna l-prodott turistiku lokali mal-ħtiġijiet tal-lum. “L-investiment li qegħdin naraw f'din il-lukanda ewlenija fit-tramuntana tal-pajjiż joħroġ fid-deher is-sinerġija li teżisti bejn is-settur pubbliku u dak privat biex il-Prodott Malta jkompli jattira turisti ta' kwalità ogħla matul is-sena kollha," stqarr il-Ministru Clayton Bartolo u żied jgħid li l-fiduċja li teżisti fost l-industrija tal-ospitalità trid tirrifletti f'ġid li jgawdu minnu l-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926