Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Varat ir-reġistru diġitali tal-persuni

pr240840
Date Icon 16/05/2024

Waqt il-Public Service Expo24, li qiegħda ssir fl-MFCC f'Ta' Qali, ġie varat il-proġett tar-reġistru diġitali tal-persuni li permezz tiegħu qed jinbena servizz ċentrali sabiex id-dipartimenti u l-aġenziji kollha tal-Gvern ikunu jistgħu jkollhom aċċess u użu għall-istess data personali ta' kull individwu.

Dan il-proġett ġie varat f'diskussjoni bejn is-Sa Joyce Dimech, Segretarju Permananti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, is-Sur Steve Agius, Kap Eżekuttiv ta' Identità u s-Sur Emanuel Darmanin, Kap Eżekuttiv tal-MITA.

F'dinja fejn id-diġitalizzazzjoni qed issir aktar prevalenti, l-amministrazzjoni pubblika qiegħda timpenja ruħha dejjem aktar biex tiżgura li s-servizzi offruti liċ-ċittadini jkunu bla xkiel u faċli biex jintużaw. Permezz tal-avviż legali 439 tal-2021, il-Gvern stabbilixxa qafas legali għal servizz ċentrali li bih iċ-ċittadini jinħelsu mill-piż li jkollhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet relevanti biex jaġġornaw l-informazzjoni personali tagħhom meta jaċċessaw servizzi differenti tal-gvern. Dan għandu jwassal biex il-kunċett tal-Once Only Principle jibda jitħaddem fil-prattika.

Dan l-avviż legali ta s-setgħa lill-amministrazzjoni biex tistabbilixxi reġistru tal-persuni ċentrali u jieħu miżuri li jiffaċilitaw it-tqassim ta' data personali b'mod etiku u sigur bejn id-dipartimenti u l-aġenziji tal-Gvern.

Din hija ħidma fit-tul li tinvolvi ħafna u ħafna xogħol tekniku, però dak li tħabbar illum huwa pass ieħor sabiex bl-użu tat-teknoloġija jitnaqqsu l-ostakli burokratiċi, ikunu simplifikati dejjem iżjed il-proċessi amministrattivi u s-sottomissjonijiet żejda tad-data u ċ-ċittadini jingħataw aċċess konvenjenti għal servizzi essenzjali.

Din is-servizz ċentrali ser ikun mħares bl-aqwa sigurtà diġitali possibbli u b'aderenza stretta mar-rekwiżiti regolatorji.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Varat ir-reġistru diġitali tal-persuni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow