Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr240838
Date Icon 16/05/2024

Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ, li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f'dan l-istadju.

Kodiċi tas-sit:
C23
LokalitàIl-Bajja tal-Għażżenin, San Pawl il-Baħar

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow