Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 100,000 familja jirċievu t-tieni pagament tal-COLA addizzjonali

pr240837
Date Icon 16/05/2024

Fi tmiem din il-ġimgħa, madwar 100,000 familja se jirċievu it-tieni minn żewġ pagamenti tal-Benefiċċju Addizzjonali kontra l-Ogħli tal-Ħajja. Il-pagament, li jkopri it-tieni nofs tas-sena 2024, b'kollox ilaħħaq €17.1 miljun. B'hekk b'kollox, matul din is-sena, ser ikunu tħallsu €33 miljun fuq dan il-benefiċċju individwali mifrux fuq żewġ pagamenti li saru f'Diċembru li għadda u issa f'Mejju.

Ħabbru dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti, Mark Musu, waqt konferenza tal-aħbarijiet. Il-messaġġ ewlieni kien dak li dan il-pagament huwa konferma oħra tal-politika tal-Gvern favur n-nies u l-kwalità tal-ħajja.

Fl-ewwel pagament tas-sena kienu tħallsu 95,884 familja. Din id-darba se jitħallsu 3,500 familja oħraminħabba li l-informazzjoni dwar id-dħul tagħhom issa ġiet stabbilita u allura se jitħallsu l-benefiċċju ta' sena sħiħa.

B'kollox, mal-197,000 persuna se jibbenefikaw mill-Benefiċċju Addizzjonali kontra l-Għoli tal-Ħajja.

Il-benefiċċju jvarja bejn €100u €1,500fis-sena. Aktar ma d-dħul ikun baxx u aktar ma jkun hemm membri eliġibbli fil-familja, akbar ikun l-ammont tal-benefiċċju. Intant, il-benefiċċju jibqa' jitħallas kull sena, u jogħla skont kif togħla l-inflazzjoni u skont kemm jogħla d-dħul medjan nazzjonali.

“Din hija l-politika li rridu għan-nies. Din hija d-differenza li sena wara oħra l-poplu baqa' jgawdi minnha. Dan wara impenn u ħidma minn Gvern li kontinwament jimplimenta politika li tilħaq lin-nies", sostna il-Ministru Michael Falzon hu u jinnota differenza politika ta' Gvern b'investiment fin-nies u amministrazzjonijiet preċedenti li saħansitra kienu jintaxxaw il-Paga Minima Nazzjonali u ffriżaw il-pensjonijiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 100,000 familja jirċievu t-tieni pagament tal-COLA addizzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 100,000 familja jirċievu t-tieni pagament tal-COLA addizzjonali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow