Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Madwar 5,000 persuna qed jattendu għal summit tal-igaming f’Malta

pr240833
Date Icon 16/05/2024

Kumpanija oħra tal-igaming tħabbar aktar investiment

Madwar 5,000 persuna qed jattendu għas-summit Next.io, dwar l-igaming li qed jittella' f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt.

Waqt li żar dan is-summit, il-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li inizjattiva bħal din hija turija ċara li Malta hija meqjusa bħala post strateġiku għal din l-industrija.

“Dan huwa possibbli grazzi għall-appoġġ li l-Gvern jagħti lil dan is-settur u l-eko-sistema b'saħħitha li bnejna bejn ir-regolatur MGA, Gaming Malta u s-settur privat biex ilkoll jaħdmu flimkien f'sinerġija f'pajjiżna," qal il-Ministru Schembri.

Intant, illum ukoll, kumpanija tal-igaming li ilha għal dawn l-aħħar disa' snin topera minn Malta, Eeze, ħabbret li se tkompli tinvesti u tkabbar l-operat tagħha f'pajjiżna.

“Fl-aħħar jiem din hija t-tieni kumpanija tal-igaming li ħabbret li se tkompli tespandi l-operat tagħha u żżid b'mod sostanzjali n-numru ta' ħaddiema. Dan huwa turija ċara tal-fiduċja li din l-industrija għandha f'pajjiżna u hija wkoll mod kif qed inkomplu nwasslu impjiegi tal-għola livell liż-żgħażagħ tagħna," żied il-Ministru Silvio Schembri.

Min-naħa tiegħu, Kurt  Vella, Legal and Compliance Director ta' Eeze group qal li: “Matul l-aħħar sena u nofs komplejna nżidu l-operat tagħna, u impjegajna madwar 400 ruħ f'Malta, b'ħafna mill-ħaddiema huma Maltin. Kabbarna u ftaħna aktar imwejjed tal-live casino u l-pjan tagħna huwa li nibqgħu nkabbru fix-xhur li ġejjin, b'dan iwassal għal aktar impjiegi. Sibna Malta bħala pajjiż b'ambjent tajjeb biex inkomplu nkabbru l-operat tagħna f'dan is-settur."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Madwar 5,000 persuna qed jattendu għal summit tal-igaming f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Madwar 5,000 persuna qed jattendu għal summit tal-igaming f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Madwar 5,000 persuna qed jattendu għal summit tal-igaming f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow