STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Madwar 5,000 persuna qed jattendu għal summit tal-igaming f’Malta
Kumpanija oħra tal-igaming tħabbar aktar investiment
Madwar 5,000 persuna qed jattendu għas-summit Next.io, dwar l-igaming li qed jittella' f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt.
Waqt li żar dan is-summit, il-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li inizjattiva bħal din hija turija ċara li Malta hija meqjusa bħala post strateġiku għal din l-industrija.
“Dan huwa possibbli grazzi għall-appoġġ li l-Gvern jagħti lil dan is-settur u l-eko-sistema b'saħħitha li bnejna bejn ir-regolatur MGA, Gaming Malta u s-settur privat biex ilkoll jaħdmu flimkien f'sinerġija f'pajjiżna," qal il-Ministru Schembri.
Intant, illum ukoll, kumpanija tal-igaming li ilha għal dawn l-aħħar disa' snin topera minn Malta, Eeze, ħabbret li se tkompli tinvesti u tkabbar l-operat tagħha f'pajjiżna.
“Fl-aħħar jiem din hija t-tieni kumpanija tal-igaming li ħabbret li se tkompli tespandi l-operat tagħha u żżid b'mod sostanzjali n-numru ta' ħaddiema. Dan huwa turija ċara tal-fiduċja li din l-industrija għandha f'pajjiżna u hija wkoll mod kif qed inkomplu nwasslu impjiegi tal-għola livell liż-żgħażagħ tagħna," żied il-Ministru Silvio Schembri.
Min-naħa tiegħu, Kurt Vella, Legal and Compliance Director ta' Eeze group qal li: “Matul l-aħħar sena u nofs komplejna nżidu l-operat tagħna, u impjegajna madwar 400 ruħ f'Malta, b'ħafna mill-ħaddiema huma Maltin. Kabbarna u ftaħna aktar imwejjed tal-live casino u l-pjan tagħna huwa li nibqgħu nkabbru fix-xhur li ġejjin, b'dan iwassal għal aktar impjiegi. Sibna Malta bħala pajjiż b'ambjent tajjeb biex inkomplu nkabbru l-operat tagħna f'dan is-settur."
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926