Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Is-settur privat huwa kruċjali biex immexxu lil Malta lejn futur fejn ir-responsabbiltà ambjentali hija ċentrali fis-suċċess ekonomiku” – Il-Ministru Dalli

pr240832
Date Icon 16/05/2024

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli laqgħet il-mod innovattiv ta’ kif qed topera kumpanija Maltija u li qed tistabbilixxi standards ġodda għall-industrija tal-manifattura tal-plastik f’Malta.

Akkumpanjata mill-Kap Eżekuttiv ta’ Circular Economy Malta Jason Vella, il-Ministru Dalli żaret MCL Components Limited f’Bulebel. MCL Components tidiżinja u tipproduċi prodotti li jistgħu jintużaw aktar minn darba u li faċilment jiġu riċiklati fi tmiem il-ħajja tagħhom. Il-prodotti huma ddisinjati b'mod metikoluż biex jilqgħu għall-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom, u b'hekk jimminimizzaw l-iskart u jħallu impatt ambjentali pożittiv. Kwalunkwe materjal żejjed iġġenerat mill-proċess tal-manifattura jiġi riċiklat minn MCL Components u jinbidlu fi prodotti oħra.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Dalli enfasizzat l-importanza li jiġu appoġġjati u inċentivati inizjattivi ta’ sostenibbiltà minn intrapriżi lokali. Hija enfasizzat ukoll il-ħtieġa ta’ azzjoni kollettiva f’din it-tranżizzjoni lejn mudell ekonomiku ċirkolari, fejn ir-riżorsi jintużaw b’mod effiċjenti, u l-iskart jiġi mnaqqas permezz ta’ prattiċi innovattivi.

“Billi tħaddan prattiċi sostenibbli fil-manifattura u tipprijoritizza r-responsabbiltà ambjentali, MCL Components Limited qed tkun ta’ eżempju fl-industrija. L-impenn tagħhom lejn operat net zero waste, net zero energy, flimkien mal-użu ta’ materjali li faċli jiġu riċiklati u proċessi ta’ produzzjoni li ma jniġġsux jirrifletti d-dedikazzjoni tagħhom għall-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari,” qalet il-Ministru Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Circular Economy Malta Jason Vella enfasizza s-sinifikat ta’ ekonomija ċirkolari fit-totalità tagħha għall-manifattura lokali fejn il-prodotti huma ddisinjati u manifatturati biex jerġgħu jintużaw kompletament fi tmiem il-ħajja tagħhom. Saħaq li dan il-metodu huwa ta’ benefiċċju ekonomikament kemm għall-produtturi kif ukoll għall-klijenti u jħalli impatt pożittiv fit-tul fuq l-ambjent.

Is-Sur Vella rrefera wkoll għall-inizjattiva riċenti ‘Bring Your Own Container’ imnedija mill-Aġenzija, fejn il-konsumaturi huma mħeġġa jżuru u jixtru mingħand ħwienet irreġistrati mal-Aġenzija, u jagħmlu użu minn kontenituri li jerġgħu jintużaw għal inċentiv finanzjarju implimentat mit-tali ħanut. Billi jagħżlu kontenituri li jerġgħu jintużaw, il-konsumaturi jikkontribwixxu b'mod attiv biex jitnaqqas il-konsum tal-plastik li jintuża darba u u jippromwovu kultura mfassla fuq il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Għal aktar informazzjoni, segwi s-socials ta’ Sostenibilità u Circular Economy Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Is-settur privat huwa kruċjali biex immexxu lil Malta lejn futur fejn ir-responsabbiltà ambjentali hija ċentrali fis-suċċess ekonomiku” – Il-Ministru Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR “Is-settur privat huwa kruċjali biex immexxu lil Malta lejn futur fejn ir-responsabbiltà ambjentali hija ċentrali fis-suċċess ekonomiku” – Il-Ministru Dalli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow