Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Imnedija l-inizjattiva “Check Your Pet” waqt l-EXPO tas-Servizz Pubbliku

pr240830
Date Icon 15/05/2024

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said nediet l-inizjattiva “Check Your Pet" waqt l-Expo tas-Servizz Pubbliku fl-MFCC Ta' Qali, bl-għan li titqajjem aktar kuxjenza favur il-ħarsien u t-trattament xieraq tal-annimali.

Hija spjegat kif permezz ta' vettura li fiha tagħmir relatat mal-kura veterinarja, sidien ta' annimali domestiċi jistgħu jġibu l-annimali waqt l-EXPO biex jiċċekkjawhom il-veterinarji. “Permezz ta' din l-inizjattiva rridu nżidu aktar għarfien dwar prevenzjoni mill-mard tal-annimali u li b'mod regolari għandna nieħdu l-annimali domestiċi għand veterinarji biex jiċċekkjawhom," qalet is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Hija kkonkludiet billi rringrazzjat lid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali għal din l-inizjattiva li se tkun qiegħda ddur l-irħula u l-ibliet f'Malta u Għawdex u stiednet lis-sidien tal-annimali domestiċi sabiex jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Id-Direttur tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali Joseph John Vella spjega li din l-inizjattiva se tkompli ssaħħaħ l-għanijiet tad-Direttorat li jħeġġu biex ikun hemm  responsabbiltà akbar mis-sidien tal-annimali domestiċi u jqajmu kuxjenza dwar l-importanza tal-ħarsien tal-annimali domestiċi.

L-inizjattiva “Check Your Pet" se tkun disponibbli waqt l-Expo tas-Servizz Pubbliku sad-19 ta' Mejju 2024.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Imnedija l-inizjattiva “Check Your Pet” waqt l-EXPO tas-Servizz Pubbliku
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Imnedija l-inizjattiva “Check Your Pet” waqt l-EXPO tas-Servizz Pubbliku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow