Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairman tal-OSCE Ian Borg iżur il-Georgia u jikkundanna l-użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika

pr240829
Date Icon 15/05/2024

Id-delegazzjoni Maltija tal-Presidenza tal-OSCE tiltaqa' mal-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

“Id-dritt għall-assemblea paċifika u l-ipprotestar f'dimostrazzjonijiet mhuwiex negozjabbli. Aħna nikkundannaw bil-qawwa kull użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika." Waqt żjara fil-Georgia nhar l-Erbgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chairperson tal-OSCE Ian Borg saħaq fuq l-importanza li tiġi evitata l-vjolenza kontra d-dimostranti u li dawk li kkommettew dawn ir-reati jinżammu responsabbli, u żied li l-aggressjoni u l-intimidazzjoni m'għandhom l-ebda post fit-trattament tad-dimostranti li jkunu qed jeżerċitaw id-drittijiet bażiċi tagħhom.

Huwa kien qed jindirizza lill-midja fi Tbilisi, ftit sigħat wara li l-awtoritajiet tal-pulizija lokali kellhom konfronti mad-dimostranti waqt dimostrazzjonijiet tal-massa kontra regolamenti ġodda dwar il-finanzjament ta' NGOs u organizzazzjonijiet tal-midja.

“Kull Stat parteċipanti tal-OSCE għadda minn xi sfida jew oħra. Jiena konxju tal-impenn kontinwu meħtieġ biex negħlbu dawn l-isfidi. Għaldaqstant, billi nilqgħu l-bidla, il-ħarsien kontra l-kompjaċenza, u t-tagħlim li nieħdu minn imsieħba tagħna stess li jgħinna nsaħħu s-soċjetajiet tagħna. Kull sfida ssir inqas diffiċli meta ninvolvu ruħna fi djalogu kostruttiv biex niksbu riżultati konkreti," tenna l-Ministru Borg.

Fil-Georgia, id-delegazzjoni Maltija tal-Presidenza tal-OSCE kellha taħditiet mal-President Salome Zourabichvili, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ilia Darchiashvili, mal-Ispeaker tal-Parlament Shalva Papuashvili u mal-membri tad-delegazzjoni tal-Georgia għall-Assemblea Parlamentari tal-OSCE. Id-delegazzjoni ser tiltaqa' wkoll mal-Prim Ministru Irakli Kobakhidze, l-Erbgħa filgħaxija.

Iċ-Chairperson tal-OSCE Borg iltaqa' wkoll ma' rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u żar żoni milquta mill-kunflitti fir-reġjun, f'sezzjoni tul l-administrative boundary line, fejn ġie infurmat mill-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, dwar ir-rwol tagħha fiż-żamma tal-istabbiltà fir-reġjun.

“L-OSCE tkompli tippromwovi l-paċi fir-reġjun, billi tħeġġeġ azzjonijiet li jiffokaw fuq l-interessi tan-nies milquta minn kunflitti li jkunu għaddejjin. Il-prevenzjoni tat-tbatija umana hija l-prinċipju ta' gwida ta' l-azzjonijiet tagħna u se nagħmlu kull sforz possibbli, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-imsieħba tagħna, sabiex nindirizzaw każijiet ta' detenzjoni, nippromwovu l-libertà tal-moviment, u nqajmu kwistjonijiet umanitarji kruċjali bħall-każijiet fejn persuni ġew mċaqalqa minn arthom u dawk neqsin," afferma l-Ministru Borg.

Malta bdiet il-Presidenza tagħha ta' 12-il xahar tal-OSCE f'Jannar, taħt it-tema “Insaħħu r-Reżiljenza, Intejbu s-Sigurtà", wara li ġiet eletta unanimament biex tmexxi din l-organizzazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, f'Novembru tal-2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairman tal-OSCE Ian Borg iżur il-Georgia u jikkundanna l-użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairman tal-OSCE Ian Borg iżur il-Georgia u jikkundanna l-użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairman tal-OSCE Ian Borg iżur il-Georgia u jikkundanna l-użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairman tal-OSCE Ian Borg iżur il-Georgia u jikkundanna l-użu tal-forza kontra l-assemblea paċifika
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow