Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma lejn iktar tisħiħ tal-familja

pr240828
Date Icon 15/05/2024

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, fl-istess ġurnata illi tfakkar il-Jum Internazzjonali tal-Familji, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon nieda għall-konsultazzjoni pubblika l-Pjan Soċjali għall-Familji.

Dan il-pjan propost involva riċerka u konsultazzjonijiet sabiex jifhem il-kuntest attwali, l-isfidi futuri u realtajiet diversi li ser ikunu qed jiffaċċjaw il-familji madwar Malta u Għawdex. Dan il-pjan għandu l-għan li jippreżenta direzzjoni għal soċjetà inklużiva fejn il-familji jistgħu jirnexxu.

Kompla jiġi spjegat li l-Pjan Soċjali għall-Familji tfassal fuq tliet prinċipji li huma l-Benesseri Soċjali, id-Diversità u r-Reżiljenza. “Huwa permezz ta' dawn il-prinċipji li se nwittu t-triq għal futur isbaħ u aktar inklużiv għall-familji kollha madwar il-gżejjer tagħna," qal il-Ministru Falzon.

Il-pjan jiffoka wkoll fuq erba' prijoritajiet ewlenin li huma: il-ġustizzja soċjali għall-familji; relazzjonijiet familjari b'saħħithom; l-għoti tas-setgħa lill-familji b'ħiliet u għarfien essenzjali; u l-indirizzar tar-rata baxxa ta' fertilità.

“Konvint li flimkien nistgħu nkomplu nirfinaw dan il-Pjan Soċjali għall-Familji biex tassew jagħmel differenza li tinħass fit-tul u żżid il-valur fil-ħajja tal-familji madwar Malta. Għalhekk nappella lill-partijiet interessati u lill-individwi kollha biex jipparteċipaw b'mod attiv f'dan il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Mark Musu fakkar illi din l-konsultazzjoni hija wkoll miftuħa għall-iċken membri tas-soċjetà permezz tal-Empowering Children App, sabiex anke t-tfal jaqsmu l-opinjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom. Dan sabiex jitħejja pjan Soċjali u ħolistiku li jirrifletti biċ-ċar il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet differenti tal-komunitajiet tagħna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma lejn iktar tisħiħ tal-familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma lejn iktar tisħiħ tal-familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ħidma lejn iktar tisħiħ tal-familja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow