Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizz Pubbliku aġent tal-bidla

pr240826
Date Icon 15/05/2024
  • Il-Prim Ministru Robert Abela jżur il-Public Service Expo 2024 li matulha tnediet flotta ġdida ta' 250 vettura elettrika għas-Servizz Pubbliku

Għat-tieni sena konsekuttiva, is-Servizz Pubbliku tella' l-Public Service Expo fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet, l-MFCC, f'Ta' Qali. Matul l-Expo bit-tema 'Insaħħu l-Ħiliet' il-Prim Ministru Robert Abela nieda 250 vettura elettrika u fisser is-Servizz Pubbliku bħala aġent tal-bidla.

Qal li din it-tnedija tmur id f'id ma' dak li qed jagħmel il-Gvern fil-qasam ambjentali biex pajjiżna jilħaq il-miri tiegħu u jkun carbon neutral. Semma diversi skemi bil-għan li l-familji Maltin u Għawdxin jinvestu f'enerġija rinnovabbli. Iżda elenka wkoll il-proġetti ewlenin li qed jimplimenta l-Gvern fosthom il-proġett tax-Shore-to-Ship li qed inaqqas 90% tat-tniġġis tal-arja fiż-żona tal-Port il-Kbir. “B'mod simili għaddejjin bi proġett ieħor fil-Port Ħieles biex inkomplu nnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja," sostna l-Prim Ministru.

Dr Abela qal li l-qalba ambjentali tissarraf f'arja iktar nadifa. Ma' dawn jingħaqad l-ikbar investiment fi spazji miftuħa u b'hekk il-familji jkunu jistgħu jgawdu minn spazji ħodor f'ambjent iktar san u nadif.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li din it-tnedija mhijiex il-punt tal-wasla imma hija tarġa oħra fi strateġija sħiħa biex l-amministrazzjoni pubblika tkun aktar ambizzjuża fil-miri ambjentali tagħha. Fl-aħħar xhur is-Servizz Pubbliku ħadem biex kif imwiegħed fil-manifest tal-Gvern jiġu eliminati l-emissjonijiet mil-arja permezz ta' vetturi li ma jniġġsux.

Huwa qal li dawn il-250 vettura elettrika se jkunu qed jeliminaw aktar minn 370 vettura tradizzjonali mit-toroq Maltin li jaħdmu bid-diesel jew bil-fuel.

Il-Kap tal-Amministrazzjoni Pubblika Tony Sultana temm jgħid li s-Servizz Pubbliku mhux biss qed iħares biex dejjem itejjeb is-servizzi tiegħu lill-klijenti kollha imma wkoll li jagħti s-sehem tiegħu fl-impenji ta' pajjiżna marbuta mal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan billi naraw li nnaqqsu dejjem iktar l-impatt tal-operat tagħna fuq l-ekoloġija.

Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana żaru l-Expo fejn għal sena oħra ntwera l-progress kbir li għamlet l-Amministrazzjoni Pubblika f'dawn l-aħħar snin.

Il-Public Service Expo 2024 infetħet għall-pubbliku llum u tibqa' miftuħa sa nhar il-Ħadd li ġej.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizz Pubbliku aġent tal-bidla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizz Pubbliku aġent tal-bidla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizz Pubbliku aġent tal-bidla
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Servizz Pubbliku aġent tal-bidla
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow