STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Malta terġa’ tikklassifika fl-ewwel post fl-ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ+
Għad-disa' sena konsekuttiva Malta ġiet fl-ewwel post fl-ILGA-Europe Rainbow Map Equility Index. Dan l-indiċi dwar l-ugwaljanza jkejjel id-drittijiet ċivili u d-drittijiet umani li l-komunitajiet LGBTIQ+ ikunu qegħdin jesperjenzaw f'49 pajjiż Ewropew.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg esprimiet is-sodisfazzjon li dan kien it-tieni ċertifikat pożittiv għal Malta din il-ġimgħa minn żewġ organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-ugwaljanza u l-inklussività.
“Dan l-għarfien internazzjonali huwa xhieda tar-riformi progressivi li dal-gvern qiegħed jagħmel fid-drittijiet umani b'liġijiet li jagħtu drittijiet ċivili lil persuni LGBTIQ biex jgħixu ħajjithom b'dinjità u mingħajr diskriminazzjoni," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg,
Waqt li rrimarkat li dan huwa rekord bla preċedent għal pajjiżna, is-Segretarju Parlamentari qalet li dan l-unur għandu jkun ċelebrazzjoni għal valuri li jiddistingwu lill-poplu Malti li kien kapaċi jegħleb il-preġudizzji tal-passat u jaċċetta l-inklussività u l-ugwaljanza.
Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg żiedet tgħid li dan ma kienx ikun possibbli mingħajr l-impenn u dedikazzjoni kontinwa ta' bosta individwi u għaqdiet li ħadmu u stinkaw favur id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ hekk li llum Malta hija ta' eżempju u mudell għall-pajjiżi li qegħdin jimplimentaw riformi simili.
Waqt li raddet ħajr lil dawn l-individwi u organizzazzjonijiet għall-ħidma tagħhom, ħeġġet biex Malta ma treġġax l-arloġġ lura f'dan il-qasam waqt li tenniet l-impenn tal-Gvern biex dawn id-drittijiet umani jkomplu jissaħħu f'Malta u f'pajjiżi oħrajn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926