Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr240817
Date Icon 14/05/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ġie infurmat li fit-13 ta' Mejju 2024, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening ġie mgħarraf li numru ta' klijenti kienu rċevew bi żball dejta dwar klijenti oħra. Dakinhar stess, il-Primary HealthCare għamlet investigazzjoni u rriżulta li l-aġenzija li kienet ġiet ikkummissjonata biex tistampa u tibgħat ir-riżultati tat-testijiet kellha ħsara teknika fl-apparat tal-istampar. Mill-investigazzjoni rriżulta li kien hemm testijiet li ġew stampati bi żball fuq żewġ naħat bil-konsegwenza li l-ittri li rċievew numru  ta' klijenti kienu jinkludu wkoll dejta ta' klijenti oħra.

Il-Ministeru ta direzzjoni li l-Primary HealthCare tipproċedi immedjatament billi tippreżenta notifika ta' ksur tal-Protezzjoni tad-Dejta lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dejta għal aktar investigazzjoni min-naħa tagħha. Fl-istess ħin inħarġet ukoll ittra lil kull klijent li ġie milqut b'dan l-iżball tekniku biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow