Left arrow Go Back

​STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Spazji ġodda ta’ qari għall-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul

pr240815
Date Icon 14/05/2024

Flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva varaw kunċett ġdid ta’ librerija f'San Vinċenz de Paul. Dan il-proġett involva t-twaqqif ta’ tliet telephone booths, li saru mill-ħaddiema tat-taqsima tal-manutenzjoni, u li issa se jservu bħala post fejn ir-residenti jistgħu jissellfu ktieb. 

Dawn il-libreriji ġew imqiegħda f'postijiet li huma ffrekwentati regolarment mir-residenti u l-qraba tagħhom. Il-libreriji fihom aktar minn 200 ktieb bil-Malti u bl-Ingliż li ngħataw b’donazzjoni mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. 

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-inizjattiva. “Din il-librerija mhux biss tgħin biex tippromwovi l-qari fost l-anzjani tagħna, imma wkoll tipprovdi spazju għal aktar interazzjoni u attività mentali, li huma kruċjali għall-benesseri ta’ kull individwu. Nirringrazzjaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb talli pprovdew dawn ir-riżorsi li bihom se nkunu qed inkomplu nippromwovu l-qari u l-attività mentali fost l-anzjani.”

ll-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri tkellem dwar l-importanza li l-kotba jkunu aċċessibbli anki għall-komunitajiet vulnerabbli.

B’dan il-kunċett ġdid, San Vinċenz de Paul qed ikompli jżid mal-attivitajiet varji li joffri, b’enfasi qawwija fuq il-promozzjoni tal-qari u l-anzjanità attiva.

​STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Spazji ġodda ta’ qari għall-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul
​STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Spazji ġodda ta’ qari għall-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul
​STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Spazji ġodda ta’ qari għall-anzjani residenti f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow