Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali

PR240813
Date Icon 13/05/2024

Matul il-ġimgħa dedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva tella' konferenza bit-tema “Mental Health – Health-Forward". It-tema magħżula għal din il-konferenza torbot mal-viżjoni li l-ministeru flimkien mal-professjonisti għandhom għal dan is-settur.

Fost it-temi diskussi kien hemm il-ħarsien tas-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, l-importanza tas-servizz tal-kura li jingħata u li tiġi indirizzata s-saħħa mentali tal-ġenerazzjoni iżgħar.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif is-suġġett tas-saħħa mentali huwa wieħed sensittiv kemm fis-settur tas-saħħa imma wkoll fis-soċjetà. Qal li l-għan ewlieni ta' din il-konferenza hu li l-professjonisti flimkien jitkellmu u jiddiskutu l-ideat tagħhom dwar dan is-suġġett, sabiex dawn jiġu integrati fil-viżjoni li għandu l-Gvern għas-saħħa mentali.

Huwa tenna li s-saħħa mentali tista' tolqot lil kulħadd u għalhekk huwa importanti li jsiru dawn it-tip ta' diskussjonijiet biex flimkien ikomplu jaħdmu u jinħoloq aktar għarfien dwar is-suġġett.

“Anke f'dan is-settur, bħala gvern qed nisimgħu, niddiskutu u naħdmu id f'id mal-professjonisti għal ġid taċ-ċittadini. Permezz ta' din id-diskussjoni nħares 'il quddiem għas-suġġerimenti tal-professjonisti, sabiex flimkien inkomplu nirriformaw u mmexxu dan is-suġġett tant importanti 'l quddiem u fl-istess waqt inkomplu nnaqqsu l-istigma li teżisti," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ġimgħa ddedikata għall-għarfien dwar is-saħħa mentali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow