Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Ġunju, 2024

pr240808
Date Icon 13/05/2024

Votazzjoni Bikrija

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li ser ikunu msiefra jew rikoverati fi sptar f'jum il-votazzjoni nhar is-Sibt, it-8 ta' Ġunju, 2024, u li ser jagħmlu dan b'dikjarazzjoni sabiex ikunu jistgħu jivvotaw nhar is-Sibt, l-1 ta' Ġunju, 2024, għandhom jagħmlu din id-dikjarazzjoni sa nofsinhar tal-Ġimgħa, il-31 ta' Mejju, 2024, skont il-ħinijiet murija hawn taħt:

sa nofsinhar tal-Ġimgħa, il-31 ta' Mejju, 2024 (ħin ta' Malta)

Online – website: www.electoral.gov.mt/advancedtransfer

Fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, Ex-Trade Fair Grounds, in-Naxxar u fl-Uffiċċju Elettorali, Sezzjoni tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex

Mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m.

u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Il-Ġimgħa, il-31 ta' Mejju, 2024, l-aħħar jum:

Mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.

Kull applikant għandu jġib il-karta tal-Identità tiegħu.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fl-1 ta' Ġunju illi jrid ikollhom id-dokument tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow