Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Bidliet li jkomplu jilqgħu għar-realtajiet tal-lum – Dr Lydia Abela f’diskussjoni dwar l-irwol tal-Omm

pr240802
Date Icon 11/05/2024

F'diskussjoni bit-tema 'Niċċelebraw l-irwol tal-Omm', u li fiha qamu diversi suġġetti differenti marbuta mal-familja, indirizzat il-laqgħa Dr Lydia Abela. Mart il-Prim Ministru sostniet li rridu nkomplu nġibu bidliet li jilqgħu għar-realtajiet tal-lum. Sostniet li l-irwol tal-omm għandu tifsira wiegħsa.

Dr Abela spjegat kif l-omm tfisser imħabba, responsabbiltà, rispett u ħarsien. Qalet li dawn huma valuri sbieħ li jitfakkru wkoll f'Jum l-Omm. “L-omm li tindokra lil uliedha jeħtieġ tibqa' tiġi appoġġjata," saħqet Lydia Abela hi u tirrimarka li bil-kelma omm ma għandniex biss nifhmu s-sens tradizzjonali imma anki l-omm fid-diversi forom tagħha. 

Waqt id-diskussjoni tkellmu diversi personalitajiet dwar esperjenzi differenti, titjib li raw b'appoġġ lejn l-omm u inizjattivi oħra li jixtiequ jaraw fis-soċjetà. Il-kelliema bi sfond tal-ħajja differenti kienu jvarjaw minn professjonisti fil-qasam tas-saħħa, għal edukaturi, foster parents, ġenituri li huma involuti fil-qasam tad-diżabilità għal sidien nisa ta' negozji u anki sidien ta' Childcare Centre.

Dr Lydia Abela semgħet l-esperjenzi rakkontati u filwaqt li saħqet dwar kemm l-ommijiet għandhom x'jagħtu fis-soċjetà tagħna, hija sellmet l-ommijiet kollha li ħallew marka pożittiva fuq in-nies. Sostniet li diskussjoni ħajja hi importanti biex inkomplu nixprunaw bidliet importanti fis-soċjetà.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Bidliet li jkomplu jilqgħu għar-realtajiet tal-lum – Dr Lydia Abela f’diskussjoni dwar l-irwol tal-Omm
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Bidliet li jkomplu jilqgħu għar-realtajiet tal-lum – Dr Lydia Abela f’diskussjoni dwar l-irwol tal-Omm
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: Bidliet li jkomplu jilqgħu għar-realtajiet tal-lum – Dr Lydia Abela f’diskussjoni dwar l-irwol tal-Omm
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow