Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana

pr240801
Date Icon 10/05/2024

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea ħabbru li tlesta l-proġett ta’ rinnovar estensiv f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana b’investiment ta’ madwar €828,000. 

Ġie spjegat kif Dar il-Mistrieħ ilha tipprovdi kura lill-anzjani għal aktar minn 35 sena. Dan ix-xogħol ta’ modernizzar twettaq sabiex din id-Dar tkompli toffri lill-anzjani residenti kwalità ta’ ħajja aħjar u li jkomplu jgħixu b'dinjità u indipendenza.

Dan il-proġett, li sar ukoll bl-għajnuna ta’ fondi mill-Welfare Committee, mhux biss kien immirat li jindirizza l-isfidi infrastrutturali, imma wkoll biex jissaħħaħ l-ambjent sigur fejn il-benesseri tar-residenti jitjieb b'mod sinifikanti. 

Il-proġett kien jinkludi tisħiħ tal-infrastruttura u l-amenitajiet. Ġiet introdotta wkoll klinika multidixxiplinarja, mgħammra b'tagħmir mediku speċjalizzat. Din il-faċilità se tiżgura li r-residenti kollha jirċievu kura ħolistika u personalizzata f'ambjent privat u dinjituż.

Il-Ministru Jo Etienne Abela saħaq kif din id-Dar mhux biss se tkun qed toffri ambjent iktar sigur għar-residenti imma wkoll grazzi għall-introduzzjoni tal-klinika multidixxiplinarja, l-anzjani ser jkunu jistgħu jingħataw kura speċjalizzata fl-istess residenza mingħajr skariġġ.

Il-Ministru kompla kif apparti r-rinnovar esteniv li sar f’Dar il-Mistrieħ, il-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ it-tenders li ser jkun qed jara li jkompli jsaħħah u jimmodernizza d-djar tal-anzjani f’Bormla u l-Imsida. “Dan hu riżultat ieħor tal-viżjoni li l-Gvern għandu għall-anzjani fejn mhux biss qed naraw li ninvestu u noffru numru vast ta’ servizzi fil-komunità, imma wkoll qed naraw li noffru u niżguraw servizz tal-ogħla livell fid-djar residenzjali”, temm jgħid il-Ministru Abela.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu għat-tlestija ta’ dan il-proġett. "Din ir-rinnovazzjoni hija pass ieħor 'il quddiem fit-tisħiħ tal-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Il-modernizzazzjoni ta’ Dar il-Mistrieħ tirrifletti l-impenn kontinwu tal-Gvern li nipprovdu mhux biss kura ta’ kwalità għolja, imma wkoll ambjent li jirrispetta d-dinjità u l-indipendenza ta’ kull resident."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni f’Dar il-Mistrieħ fil-Furjana
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow