Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 ta’ Ġunju, 2024

pr240795
Date Icon 10/05/2024

Verifika ta' kif se jidher l-isem tal-Kandidat fuq il-Polza tal-Votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-kandidati li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali illi huma jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar, nhar il-Ħadd it-12 u t-Tnejn it-13 ta' Mejju, 2024, bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar u bejn is-2.00 p.m. u s-6.00 p.m., sabiex jivverifikaw kif ser jidher isimhom u r-ritratt fuq il-polza tal-votazzjoni.  Il-Kandidati Għawdxin jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identita', 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess jiem u ħinijiet.

Kull talba għal xi oġġezzjoni, żieda, tnaqqis jew korrezzjoni fuq il-polza tal-votazzjoni għandha tasal bil-miktub, għand il-Kummissjoni Elettorali sas-6.00 p.m. tat-Tnejn, it-13 ta' Mejju, 2024.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow