Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-kumpanija tal-iGaming, Evolution, se tkompli tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna

pr240793
Date Icon 10/05/2024

“Evolution, kumpanija tal-iGaming li ilha topera minn pajjiżna mill-2010, se tkompli tkabbar l-operat tagħha f'pajjiżna", ħabbar il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, waqt żjara f'wieħed mis-siti fejn Evolution joperaw f'pajjiżna.

Evolution, apparti li hija leader fil-qasam tas-sistemi diġitali, għandha wkoll diversi studios f'pajjiżna. Fuq medda ta' erba' snin, Evolution ittriplat in-numru ta' ħaddiema f'pajjiżna biex illum tħaddem madwar 1,400 persuna, inklużi ħaddiema Maltin.

“F'Malta, barra s-sit fl-Imrieħel, Evolution għandha diversi siti oħra u issa se jkunu qed ikomplu jkabbru l-operat tagħhom b'diversi studios oħra ġewwa pajjiżna", qal il-Ministru Silvio Schembri.

Dan l-investiment se jkun qed ifisser 700 impjieg ġdid ta' kwalità f'pajjiżna.

Il-Ministru Silvio Schembri spjega li l-ambizzjonijiet għal pajjiżna huma kbar. “Bħala gvern, aħna nipprijoritizzaw it-trawwim ta' postijiet tax-xogħol li joffru pagi tajbin u jipprovdu valur miżjud għoli, u noħolqu opportunitajiet abbundanti għaċ-ċittadini tagħna", temm jgħid il-Ministru Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-kumpanija tal-iGaming, Evolution, se tkompli tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-kumpanija tal-iGaming, Evolution, se tkompli tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow