Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Inawgurat iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tossikoloġija

pr240792
Date Icon 09/05/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura ċentru ġdid tat-tossikoloġija.

Il-Ministru Abela saħaq fuq l-importanza li pajjiżna jkun mgħammar b'ċentru ddedikat għat-tossikoloġija, hekk kif meta jkun hemm każ ta' avvelenament il-persuna jkollha bżonn kura immedjata u speċjalizzata. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tistma li f'sena waħda, l-avvelenament mhux intenzjonat jikkawża aktar minn 100,000 mewt fid-dinja.

Huwa spjega li ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tossikoloġija u l-istaff multidixxiplinarju tiegħu se jkunu qed joffru trattament lill-pazjenti li jkollhom bżonn is-servizz tagħhom, mingħajr il-bżonn li jmorru f'dipartimenti tal-emerġenza f'Malta u Għawdex. Se jkunu qed iżidu wkoll l-għarfien dwar il-prevenzjoni ta' intossikazzjoni.

“Grazzi għal dan iċ-Ċentru qegħdin inwettqu miżura elettorali oħra li tħares is-saħħa tal-pazjenti f'pajjiżna. Impenjati li nkomplu naħdmu biex dan is-servizz ikompli jitwessa' u jilħaq aktar nies," tenna jgħid il-Ministru Abela.

Il-Ministru ħabbar ukoll li mil-lum il-pubbliku jista' jċempel fuq in-numru 1774 sabiex jingħata assistenza professjonali dwar it-tossikoloġija.

Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa Dr Clarence Pace spjega kif il-professjonisti li ser jkunu qed imexxu dan iċ-ċentru, ser ikunu qed ikomplu jitħarrġu u jagħmlu riċerka fl-Università ta' Malta. “Dan iċ-Ċentru f'pajjiżna se jkun kruċjali kemm għall-professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa kif ukoll għall-pubbliku. Kommessi li naraw dan iċ-ċentru jkompli jespandi biex ikun punt ta' referenza," temm jgħid Dr Pace.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Inawgurat iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tossikoloġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Inawgurat iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tossikoloġija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Inawgurat iċ-Ċentru Nazzjonali tat-Tossikoloġija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow