Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Grawnd tal-futbol għall-istudenti u l-komunità b’investiment ta’ madwar €14.3 miljun

pr240791
Date Icon 09/05/2024

Għaddej b'ritmu mgħaġġel il-proġett tal-bini ta' grawnd tal-football ġdid b'investiment ta' madwar €14.3 miljun li permezz tiegħu se jgawdu kemm l-istudenti kif ukoll il-komunità tan-Naxxar.

Waqt żjara fuq is-sit fejn se jsir dan il-proġett, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li dan il-proġett se jwassal biex it-tfal ta' din il-lokalità jkunu jistgħu jitħarrġu b'mod sigur u f'ambjent sabiħ. Proġett li permezz tiegħu se tiġi mwettqa wkoll wegħda elettorali oħra.

“L-investiment li qed nagħmlu huwa wieħed dirett fit-tfal tagħna. Proġett li se jakkomoda l-bżonnijiet tas-sistema edukattiva ta' pajjiżna u l-aspett sportiv li joffri l-klabb tal-football tan-Naxxar Lions. Matul il-ġurnata dawn il-faċilitajiet sportivi se jkunu jistgħu jintużaw mill-istudenti tal-iskejjel tal-madwar filwaqt li wara l-ħin tal-iskola jiġi mmassimizzat l-użu mit-tfal tan-nursery tal-klabb," sostna l-Ministru Grima.

Il-Ministru qal li l-investiment infrastrutturali li qed isir fis-settur tal-isport huwa bla preċedent. Investiment li mhux biss huwa marbut ma' faċilitajiet sportivi nazzjonali, li ngħataw livell internazzjonali, imma qed isir investiment fl-infrastruttura sportiva fis-settur edukattiv. “Dan qed nagħmluh għaliex nemmnu li għandna nipprovdu l-faċilitajiet sportivi, faċilitajiet għal attività fiżika u ta' rikreazzjoni fl-iskejjel li wkoll ikunu ta' kwalità," qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru semma l-investiment ta' €1 miljun fuq proġetti ta' grawnds sportivi fl-iskejjel, bil-għan li tittejjeb l-infrastruttura sportiva fl-iskejjel tal-Istat kemm għal skopijiet ta' rikreazzjoni kif ukoll biex jitjieb il-livell tal-edukazzjoni sportiva. Semma wkoll proġett fuq skala akbar, fl-iskola sekondarja ta' Santa Luċija fi ħdan il-Kulleġġ San Tumas More fejn kien hemm investiment ta' €4.6 miljun f'sala teatru u faċilitajiet sportivi mill-isbaħ għall-ġid tal-istudenti, tal-edukaturi u tal-komunità.

Fil-kumpless edukattiv fin-Naxxar qed jinbena grawnd li se jikkumplimenta l-faċilitajiet sportivi eżistenti fil-cluster ta' skejjel li hemm fin-Naxxar, prinċipalment Giovanni Curmi Higher Secondary School, l-Iskola Medja fil-Kulleġġ Maria Reġina, u l-Language Induction Hub li jifforma parti mill-istess Kulleġġ.

Dan il-grawnd se jkun mifrux fuq 9,800 metru kwadru u se jkun jinkludi pitch għal-logħob 11-a-side u stand għall-ispettaturi. Apparti dawn, bosta faċilitajiet oħrajn fosthom gymnasium, faċilitajiet sanitarji, showers u changing rooms. Taħt il-grawnd se jkun hemm parkeġġ għal madwar 500 karozza.

Ix-xogħol ta' skavar tas-sit, kif ukoll tal-mina li se tgħaqqad il-grawnd mal-iskola, kienu lesti f'Ottubru 2023, u f'Novembru li għadda bdiet il-kostruzzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Grawnd tal-futbol għall-istudenti u l-komunità b’investiment ta’ madwar €14.3 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Grawnd tal-futbol għall-istudenti u l-komunità b’investiment ta’ madwar €14.3 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Grawnd tal-futbol għall-istudenti u l-komunità b’investiment ta’ madwar €14.3 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Grawnd tal-futbol għall-istudenti u l-komunità b’investiment ta’ madwar €14.3 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow