Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI 32 proġett fil-komunità ffinanzjati mill-Aġenzija LESA

pr240787
Date Icon 09/05/2024

Tnediet skema oħra, mifruxa fuq tliet snin, li biha l-aġenzija LESA se talloka mat-tliet miljun ewro għal proġetti fil-komunitajiet imwettqa mill-kunsilli lokali. Il-proġetti proposti mill-kunsilli lokali stess, wara li jiġu evalwati, jingħataw allokazzjoni ta' fondi mill-aġenzija LESA.

Fit-tliet snin li għaddew, il-LESA għaddiet madwar tliet miljun ewro fi skema simili biex jiġu ffinanzjati sittin proġett f'diversi lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex. Dan filwaqt li għal din is-sena, il-LESA se tikkommetti kważi żewġ miljun ewro biex tiffinanzja tnejn u tletin proġett fil-gżejjer Maltin.

F'diskors waqt ċerimonja tal-għoti tal-fondi lil tnejn u tletin kunsill lokali, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri ta ħarsa lura lejn l-iskema li biha l-flus li l-aġenzija LESA ddaħħal mit-taħrikiet, wara li taqta' l-ispejjeż, troddhom lura lill-komunitajiet. Qal li s-suċċess li nkiseb permezz tal-iskema fl-aħħar tliet snin wassal biex din tiġġedded biex tingħata saħħa akbar lill-kunsilli lokali u lir-residenti tal-lokalitajiet tagħhom.

“Bit-twettiq tal-proġetti mressqa mill-kunsilli lokali, l-aġenzija LESA qed tagħti sehemha biex, apparti li tkun attur fil-ħarsien tal-ordni, tkun ukoll parteċipi fit-titjib tal-kwalità u s-saħħa tan-nies permezz ta' investiment fattwali permezz ta' diversi proġetti li jitgawdew minn kulħadd," stqarr il-Ministru Camilleri, filwaqt li spjega li dawn il-proġetti ivarjaw minn proġetti li jtejbu s-sigurtà tal-lokal, għal proġetti ambjentali u spazji miftuħa u anke dawk favur trasport għar-residenti permezz ta' trasport nadif.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli laqgħet b'sodisfazzjoni dan l-ewwel ċiklu ta' fondi f'din it-tieni skema għal proġetti ffinanzjati mil-LESA. Qalet kif dawn il-kunsilli lokali matul l-aħħar xhur ressqu l-proposti tagħhom sabiex illum irċevew konferma ta' dawn il-proġetti li mistennija jsiru fix-xhur li ġejjin.

“Dawn huma fondi li daħlu mit-taħrikiet, iżda li l-aġenzija ma żammithomx għaliha, iżda qed terġa' tagħtihom lura lill-komunitajiet tagħna f'proġetti ta' fejda li se jgawdi minnhom iċ-ċittadin. Dawn il-proġetti nħolqu mill-kunsilli lokali stess, għax ħadd ħliefhom ma jaf il-lokalità aktar u kif ukoll il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-komunità rispettiva," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Għaċ-ċerimonja tal-għoti tal-ittri t'impenn finanzjarju lis-sindki tal-lokalitajiet li gawdew mill-fondi ta' dis-sena kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-LESA, Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI 32 proġett fil-komunità ffinanzjati mill-Aġenzija LESA
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI 32 proġett fil-komunità ffinanzjati mill-Aġenzija LESA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow