Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Sistema ta’ Resident Priority Parking għall-Gudjani fit-toroq qrib l-ajruport

pr240783
Date Icon 08/05/2024

Mill-1 ta' Ġunju se tidħol fis-seħħ sistema ta' Resident Priority Parking għal numru ta' toroq fil-Gudja li jinsabu fiż-żona viċin l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

Dan wara li għal numru ta' snin, ir-residenti ffaċċjaw problemi hekk kif il-parkeġġ f'dawn it-toroq kien qed jiġi meħud minn persuni li jħallu il-karozza ipparkjata f'din iż-żona għal diversi jiem waqt li jkunu msefrin. 

Għaldaqstant, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gudja, ħadem fuq sistema li ser tgħin biex din il-kwistjoni tiġi indirizzata b'mod effettiv.

Ir-regoli li se jidħlu fis-seħħ mil-1 ta' Ġunju se jaraw li:

  • Parkeġġi se jkunu esklussivament riservati għar-residenti bejn it-20:00 u s-07:00.
  • Vetturi mhux awtorizzati se jiġu rmunkati: biex dan ir-regolament jiġi infurzat b'mod effettiv, vetturi mhux awtorizzati li jinsabu pparkjati matul il-ħinijiet ristretti se jiġu rmunkati, u b'hekk jiġi liberat l-ispazju għar-residenti.
  • Se tissaħħaħ il-preżenza ta' uffiċjali tal-LESA u Transport Malta fiż-żona.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett spjega li dawn il-miżuri għandhom l-għan li jipprovdu kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti kollha tal-Gudja, filwaqt li jiżguraw li l-ispazji għall-parkeġġ jiġu utilizzati b'mod effiċjenti u ġust.

“Proġetti bħal dan u ħafna oħrajn ikomplu juru l-impenn sħiħ li dan il-gvern għandu biex ikompli jisma' lill-komunità u jwettaq dak li hu meħtieġ. Inħares 'il quddiem għal aktar proġetti u skemi ta' din ix-xorta biex b'hekk nibqgħu dejjem nipprovdu serħan il-moħħ lin-nies," temm jgħid il-Ministru Bonett.

Is-Sindku tal-Gudja, Marija Sara Vella Gafà, uriet l-apprezzament tagħha għas-sapport tal-gvern li sema' t-talba tal-kunsill u ħadmu biex jitwettqu dawn l-inizjattivi filwaqt li sostniet li l-kunsill lokali ser jibqa' jaħdem għall-ġid tal-komunità Gudjana.

Il-Kunsill Lokali tal-Gudja ser ikollu r-responsabbiltà tal-implimentazzjoni loġistika tas-sistema u għalhekk ir-residenti li jgħixu fit-toroq affettwati ser jiġu kkuntattjati mill-kunsill lokali fil-ġranet li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow