Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Iffirmat MoU favur aktar opportunitajiet għall-professjonisti legali bil-għan li jkompli jitjieb is-servizz tal-għajnuna legali

pr240780
Date Icon 08/05/2024

Ġie ffirmat memorandum of understanding bejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u l-Kamra tal-Avukati li se jkun qiegħed issaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet fis-settur tal-ġustizzja. Dan huwa ftehim li se jwassal biex il-professjonisti legali, li diġà huma involuti fis-sistema u oħrajn ġodda li jistgħu jidħlu fiż-żmien li ġej, ikomplu jitrawmu f'aktar opportunitajiet.

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard iddeskriva dan il-ftehim bħala żvilupp importanti li jikkumplimenta l-ħidma politika tal-gvern. “F'dawn l-aħħar snin, il-Gvern bil-ħidma tiegħu ta prijorità l-impenn li jkollna soċjetà inklużiva li tagħti aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u li tistabbilixxi istituzzjonijiet effettivi, kontabbli, inklussivi u li jgawdu mill-fiduċja tal-poplu", sostna l-Ministru Attard.

Il-Ministru Attard fakkar kif fl-aħħar 10 snin kien hemm investiment bla preċedent anke fir-riżorsa umana fejn minn 16-il avukat u prokuratur legali llum hemm 60 avukat u prokuratur legali mal-Aġenzija.

“Nieħu gost ninnota wkoll l-aspett ta' kollaborazzjoni mal-Junior Chamber of Advocates, b'tali mod li jkollok studenti tal-liġi li kull sena jingħataw opportunità jieħdu esperjenza f'din l-Aġenzija," kompla jgħid il-Ministru Attard.

Huwa temm jgħid li dan il-ftehim se jwassal biex ikomplu jgħollu l-livell tas-servizz provdut għaliex ikun inutli li jsaħħu l-liġijiet, li jsaħħu l-istituzzjonijiet u jkun hemm min fis-soċjetà li jiġi mċaħħad mill-ġustizzja minħabba raġunijiet soċjali u finanzjarji.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Bruno Zahra qal li l-Aġenzija se tkompli ssaħħaħ is-servizz tal-għajnuna legali fejn fost l-oħrajn se jkun hemm studenti li se jkunu qed jiġu assenjati ma' avukati tal-aġenzija biex iżidu fil-prattika. “Barra minn hekk, b'din il-kollaborazzjoni, it-taħriġ li jsir mill-Kamra tal-Avukati se jkun aċċessibbli wkoll għall-avukati tal-għajnuna legali u b'hekk ikollhom żvilupp ta' taħriġ professjonali matul is-snin", temm jgħid is-Sur Zahra.

Il-ftehim ġie ffirmat mid-Direttur tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Bruno Zahra u l-President tal-Kamra tal-Avukati Dr Peter Fenech. Preżenti għall-iffirmar ta' dan il-ftehim kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Johan Galea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Iffirmat MoU favur aktar opportunitajiet għall-professjonisti legali bil-għan li jkompli jitjieb is-servizz tal-għajnuna legali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow