Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġibjun fix-Xewkija

pr240778
Date Icon 08/05/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawgura l-proġett ta' tisbiħ li sar fl-ispazju miftuħ tal-Ġibjun fi Triq il-Kbira fix-Xewkija. Dan il-proġett kien iffinanzjat permezz ta' skema mir-Reġjun Għawdex, bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

Il-proġett kien jinkludi tqegħid ta' pavimentar ġdid, sistema tad-dawl ġdida, restawr ta' bankijiet, kif ukoll inżergħu xtieli u tħawlu siġar ġodda.

“Permezz ta' dan il-proġett ta' tisbiħ, ir-residenti tax-Xewkija jistgħu jgawdu minn dan l-ispazju miftuħ. Dan il-proġett huwa eżempju ta' kif nistgħu nkomplu nsebbħu l-irħula tagħna anki bi proġetti żgħar madwar il-lokalità," tenna l-Ministru Camilleri filwaqt li kompla jgħid li x-xogħol ta' tisbiħ, fosthom ir-restawr tal-bankijiet u xi xogħol ieħor sar mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tax-Xewkija Hubert Saliba rringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u lir-Reġjun Għawdex tas-sostenn u lil kull min ħadem u għen sabiex dan il-proġett seta' jitlesta.

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-ministeru se jibqa' jagħti l-kontribut tiegħu sabiex l-irħula madwar Għawdex ikomplu jissebbħu u jkunu lokalitajiet li jixirqu lir-residenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġibjun fix-Xewkija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurat il-proġett ta’ tisbiħ tal-Ġibjun fix-Xewkija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow