Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Taħdidiet bejn Malta u s-Slovenja

pr240777
Date Icon 08/05/2024

Oqsma t'interess komuni bejn Malta u s-Slovenja ġew diskussi f'laqgħa bejn il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u l-Ministru għall-Intern Sloven Boštjan Poklukar.

Iż-żewġ naħat iddiskutew, fost l-oħrajn, kif qed tkun indirizzata l-immigrazzjoni irregolari, is-sigurtà fiż-żona Schengen, kif ukoll kif iż-żewġ naħat qed jiġġieldu t-traffikar illegali tal-bnedmin u x'miżuri effettivi ħadu, kemm fuq livell nazzjonali u anke dak internazzjonali, sabiex irażżnu dan il-fenomenu.

Suġġett ieħor li ġie diskuss waqt it-taħdidiet kien il-Patt dwar l-Ażil u l-Immigrazzjoni tal-Unjoni Ewropea li dwaru l-Kummissjoni Ewropea mistennija tressaq il-pjan t'implimentazzjoni tagħha sal-aħħar tax-xahar id-dieħel.

Iż-żewġ naħat qablu fuq l-importanza li filwaqt li l-Patt jiġi implimentat fis-sentejn li ġejjin, jeħtieġ li jsir iktar xogħol biex jonqsu n-numru ta' wasliet irregolari lejn l-Unjoni Ewropea.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Taħdidiet bejn Malta u s-Slovenja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Taħdidiet bejn Malta u s-Slovenja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Taħdidiet bejn Malta u s-Slovenja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Taħdidiet bejn Malta u s-Slovenja
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

Aktar Stqarrijiet Right arrow