Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi t-Torri tal-Kaptan lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar

PR240774
Date Icon 08/05/2024

It-Torri tal-Kaptan fin-Naxxar se jgħaddi formalment għand il-Kunsill Lokali tan-Naxxar wara ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt żjara fuq il-post li matulha ġie ffirmat il-ftehim tad-devoluzzjoni.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz tal-ftehim li sar mal-Awtorità tal-Artijiet, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar se jirrinova din il-binja storika tas-Seklu 16 sabiex tkun tista' titgawda mir-residenti u minn kull min iżur din il-lokalità.

Il-Ministru spjega kif il-Kunsill Lokali tan-Naxxar se jkun qed jibbenefika mill-iskema l-ġdida tal-capping li tħabbret ftit tax-xhur ilu. Permezz ta' din l-iskema, il-kirja tal-binja se tkun imraħħsa għal €500 biss fis-sena minflok il-valur propju tal-kirja li kien jilħaq is-€6,000. B'hekk il-Kunsill Lokali se jkun jista' joffri aktar servizzi lill-komunità tan-Naxxar.

“Dan huwa sinjal ċar tal-fiduċja li l-Gvern għandu fil-Kunsilli Lokali, u għax nemmnu li l-membri tal-Kunsilli Lokali huma dawk li ta' kuljum ikunu viċin ir-residenti u jafu eżatt x'inhuma ix-xewqat tagħhom u n-neċessitajiet li jirrikjedu," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan hu ftehim ieħor ta' dan it-tip li qed jiġi ffirmat fi ftit tal-ġimgħat, u għalhekk dan hu xhieda tal-fiduċja li l-Gvern għandu fil-Kunsilli Lokali. Sostniet li permezz ta' dan il-ftehim, l-Awtorità tal-Artijiet għaddiet f'idejn il-Kunsill Lokali tan-Naxxar it-Torri tal-Kaptan li huwa wirt storiku u li l-pjanijiet tal-Kunsill huwa li dan jinfetaħ bħala attrazzjoni turistika.

“Li nżommu l-komunitajiet tagħna attrezzati, kemm jekk hux b'ċentri, spazji miftuħa, faċilitajiet sportivi jew siti storiċi tibqa' prijorità ta' dan il-gvern. Huwa għalhekk li llum sar dan il-ftehim li permezz tiegħu se jsir ċentru turistiku u ta' informazzjoni, u kif ukoll spazju għal għaqdiet volontarji fil-lokalità. Permezz ta' dan il-ftehim se tkun qed tgawdi l-komunità Naxxarija kif ukoll dawk it-turisti u Maltin li jżuru din il-lokalità," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar, Anne Marie Muscat Fenech Adami esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha għall-ftehim tad-devoluzzjoni li ġie ffirmat. “Issa jmiss li l-Kunsill Lokali jibda l-proċess biex jirrestawra dan it-Torri, proċess li jieħu żmien twil, iżda finalment l-Kunsill se jkun qiegħed iħalli ġawhra oħra lill-komunità tan-Naxxar," stqarret is-Sindku u semmiet li bħala Kunsill mexxew numru ta' inizjattivi u proġetti, kif ukoll spazji pubbliċi ġodda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi t-Torri tal-Kaptan lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi t-Torri tal-Kaptan lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow