Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Inawgurat Ċentru tal-Anzjanità Attiva ġdid fil-Fgura

pr240773
Date Icon 07/05/2024

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) iffirmat ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Fgura għall-provvista ta' sala fil-binja tal-Kunsill stess li se tintuża bħala ċentru għall-anzjanità attiva. Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, u membri tal-Kunsill Lokali tal-Fgura.

Dan iċ-ċentru fil-Fgura se jkun qed joffri varjetà ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja, taħditiet edukattivi, u attivitajiet oħra li jħeġġu l-interazzjoni soċjali fost l-anzjani tal-lokal.

Sal-lum, f'Malta u Għawdex hawn 31 Ċentru tal-Anzjanità Attiva, b'total ta' 2,053 membru attiv. L-għan ewlieni ta' dawn iċ-ċentri huwa li joffru spazju li fih l-anzjani jistgħu jiltaqgħu, jissoċjalizzaw, u jibqgħu attivi, b'varjetà ta# attivitajiet li jinkoraġġixxu t-tagħlim kontinwu u l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà. Wara kull attività, l-anzjani jkollhom il-ħin biex jieħdu kafè flimkien, jikkomunikaw u jaqsmu esperjenzi, li tgħin biex jitnaqqas is-sentiment ta' solitudni.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal, “Kommessi li nipprovdu l-aħjar ambjent possibbli biex l-anzjani tagħna jibqgħu attivi u involuti fis-soċjetà. Iċ-ċentru ġdid fil-Fgura huwa eżempju ċar ta' kif qed naħdmu biex nippromwovu anzjanità attiva u involviment komunitarju fost l-anzjani, li huwa kruċjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-ħajja tagħhom u tonqos is-solitudni."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-Gvern jemmen bi sħiħ fl-importanza tal-inklużjoni u l-anzjanità attiva fost l-anzjani li għadhom jgħixu fil-komunità. Hija faħħret dan il-ftehim li permezz tiegħu ser ikunu qed joffru lill-anzjani tal-Fgura ċentru ta' matul il-jum fejn jiltaqgħu u jissoċjalizzaw flimkien. 

“Dawn iċ-ċentri ta' matul il-jum huma importanti ferm għall-anzjani tagħna, għaliex filwaqt li huma mezz ta' kif jitħalltu ma' persuni oħra, dawn iċ-ċentri jħeġġu l-anzjanità attiva u jnaqqsu s-solitudni fost l-anzjani," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva fil-Fgura se jkun miftuħ kull nhar ta' Tlieta, mit-8:00am sas-2:00pm. Għal aktar informazzjoni dwar dan iċ-ċentru jew servizzi oħra offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jikkuntattja ċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788900, jew iżur l-uffiċini f'Triq Żekka, il-Belt, jew iżur is-sit aacc.gov.mt. F'Għawdex wieħed jista' jikkuntattja ċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788238 jew iżur l-uffiċini f'Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Għawdex. Informazzjoni tista' tinkiseb ukoll permezz tal-freephone 153.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Inawgurat Ċentru tal-Anzjanità Attiva ġdid fil-Fgura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Inawgurat Ċentru tal-Anzjanità Attiva ġdid fil-Fgura
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow