Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI: Il-Kummissjoni Ewropea tawtorizza ħlas ta' €58.9 Miljun mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal Malta

pr240772
Date Icon 07/05/2024

Il-Kummissjoni Ewropea awtorizzat it-tieni ħlas lil Malta taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), li eskluż il-pre-finanzjament jammonta għal €58.9 miljun, konferma tal-impenn u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru nazzjonali.

Fil-21 ta' Diċembru 2023, Malta ressqet it-tieni talba għall-ħlas tagħha taħt l-RRF għall-istess ammont ta' €58.9 miljun, talba li tkopri 29 tragward u 5 oġġettivi. Dawn jikkonċernaw diversi riformi fl-oqsma tal-kostruzzjoni, l-immaniġġjar tal-iskart, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni u taħriġ, il-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-taxxa. Jinkludu wkoll investimenti fl-effiċjenza enerġetika, it-trasport, id-diġitalizzazzjoni u l-kura tas-saħħa.

Wara valutazzjoni preliminari pożittiva mill-Kummissjoni fis-26 ta' Marzu 2024, u b'opinjoni favorevoli tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Kunsill, ġiet imħejjija t-triq għall-approvazzjoni finali tal-fondi. Dan il-ħlas ser iżid l-ammont totali ta' fondi li Malta tirċievi taħt l-RRF għal €166.3 miljun, li jirrappreżenta nofs il-fondi skedati għall-pjan Malti, b'39% mill-miri proġettati diġà ntlaħqu.

Il-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza ta' Malta, b'finanzjament totali ta' €328.2 miljun f'għotjiet, jirrifletti l-approċċ strateġiku tal-Gvern Malti li jindirizza l-isfidi preżenti u futuri. Dan qed isir permezz ta' riformi u investimenti li jtejbu s-setturi kruċjali għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-pajjiż, li juri l-impenn lejn it-tisħiħ tal-benesseri ekonomiċi u soċjali ta' Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow