Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Imħabbra l-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Ħal Tarxien

pr240771
Date Icon 07/05/2024

Permezz ta' investiment ta' madwar €1.8 miljun ser ikunu qed isiru xogħlijiet ta' riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f'Ħal Tarxien 

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett fil-preżenza tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien. Ix-xogħlijiet jinkludu r-rikostruzzjoni u t-tisbiħ tal-pjazza, il-bankini tat-toroq ta' madwar il-pjazza li se jsiru b'uċuħ tal-lava u l-porfido, u turġien b'ġebel tal-qawwi. Ser isir ukoll ir-rikostruzzjoni taz-zuntier tal-Knisja b'pavimentar ġdid u tiswija tat-turġien taz-zuntier.

Dan l-intervent ser jaħseb għal sistema ta' dawl ġdida li tirrispetta l-madwar tal-pjazza, restawr tal-arbli tad-dawl ta' fuq iz-zuntier tal-Knisja u bażijiet ġodda għalihom, u tqegħid ta' għamara ġdida tat-triq. Ser isir ukoll xogħol ta' tisħiħ fis-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita, tibdil tas-sistema tad-drenaġġ tal-inħawi tal-Knisja, u mogħdija minn taħt l-art għas-servizzi ta' telekomunikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku.

Il-Ministru Chris Bonett saħaq li hu importanti li l-infrastruttura taż-żoni li fihom tinġabar il-komunità għandha tingħata l-importanza meħtieġa f'dak li huwa tisbiħ u manutenzjoni, biex tipprovdi spazju kif jixraq lir-residenti u kull min iżur din il-lokalità. Għaldaqstant il-Ministru wera is-sodisfazzjoni tiegħu għal inizjattiva tal-kunsill u l-parroċċa li flimkien ħadmu biex jinvestu bl-aqwa mod f'Ħal Tarxien.

“Dawn it-tip ta' proġetti jkomplu jenfassizaw kemm dan il-Gvern jisma t-talba tan-nies u jimplimenta bl-aħjar mod possibbli. Hekk kif rajna f'diversi lokalitajiet oħra bħal ma huma r-riġenerazzjoni  tal-Pjazza tal-Gudja u r-Rabat, dan il-Gvern qed jaħdem biex irodd lura lill-poplu spazji miftuħa b'infrastruttura aħjar li konsegwentement jiżgura kwalità ta' ħajja aħjar għan-nies," temm jgħid il-Ministru Chris Bonett.

Filwaqt li rringrazzja lill-Gvern ta' dan il-proġett, is-Sindku ta' Ħal Tarxien, Joseph Abela Galea, qal li dan il-proġett se jkun qed iwettaq il-ħolma tat-Tarxiniżi li jaraw il-pjazza tagħhom ikollha żona pedonali u b'hekk se jgawdu aktar il-qalba tar-raħal.

Dan il-proġett, li mistenni jitlesta fi żmien sena minn meta jibdew ix-xogħlijiet wara li jiġi konkluż il-proċess ta' aġġudikazzjoni, qed jara l-involviment tal-Arċidjoċesi ta' Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Imħabbra l-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Imħabbra l-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Ħal Tarxien
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Imħabbra l-pjanijiet għar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier tal-Knisja Parrokkjali f’Ħal Tarxien
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow