Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet f’Bengażi mal-Field Marshal Khalifa Haftar

PR240769
Date Icon 07/05/2024

Is-sigurtà fil-Mediterran ġiet diskussa waqt taħditiet f'Bengażi li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kellu mal-Field Marshal Khalifa Haftar.

Iż-żewġ naħat qablu li jkun hemm aktar koperazzjoni bejniethom primarjament fit-taħriġ, fl-edukazzjoni u fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-attivitajiet kriminali.

“Ħadd ma għandu jkollu l-iċken dubju li s-sitwazzjoni u l-qagħda tas-sigurtà fil-Libja għandhom impatt dirett kemm fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u anke fuq in-naħa t'isfel tal-Ewropa. Il-kollaborazzjoni bejn il-Libja u pajjiżi ġirien bħal Malta, tissarraf fil-ħarsien taċ-ċittadini Maltin u Libjani u l-interessi tagħhom fiż-żewġ pajjiżi," saħaq il-Ministru Camilleri.

Fit-taħditiet bejn iż-żewġ naħat il-Ministru Camilleri kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Christopher Cutajar, is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol, il-Brigadier tal-Forzi Armati ta' Malta Clinton O' Neill, id-Direttur Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro,u l-Ambaxxatur għall-Immigrazzjoni Malcolm Cutajar, fost oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet f’Bengażi mal-Field Marshal Khalifa Haftar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet f’Bengażi mal-Field Marshal Khalifa Haftar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Il-Ministru Byron Camilleri f’taħditiet f’Bengażi mal-Field Marshal Khalifa Haftar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow