STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Rapport dwar il-kera jixhed l-ambjent stabbli u koperattiv li ħoloq il-Gvern b'riformi fis-settur
L-Awtorità tad-Djar ippublikat ir-rapport tagħha dwar il-kera għat-tieni nofs tas-sena 2023, li jinkludi statistika li nħarġet mill-kuntratti ta' kiri rreġistrati f'Malta.
Waqt it-tnedija tar-rapport, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes sostna li statistika maħruġa f'dan ir-rapport jenfasizzaw l-istabbiltà fis-settur tal-kera, u jirriflettu b'mod tajjeb fuq il-politika tal-Gvern li jappoġġja kemm lis-sidien kif ukoll lill-inkwilini.
Il-punti ewlenin li joħorġu minn dan ir-rapport jinkludu:
- 25,721 kuntratt ġew imġedda matul l-2023, li ħafna minnhom kienu tiġdid awtomatiku.
- Madwar 92% tat-tiġdid fl-2023 ġew imġedda bl-istess kera.
- Il-kuntratti ta' kiri attivi żdiedu bi 23% għal 60,339 sal-aħħar ta' Diċembru 2023.
- 90% ta' dawn il-kuntratti kienu fit-tul.
- 16% tal-kirjiet qed jiġu estiżi fuq tliet snin.
- 32% tal-kuntratti ġodda ta' kiri fit-tul kellhom kirjiet ta' bejn €700 - €999.
Il-Ministru Galdes innota b'mod partikolari li l-maġġoranza kbira ta' sidien, 92%, għażlu li jġeddu l-kirjiet bl-istess rata ta' kiri, u enfasizza s-suċċess tal-Gvern fit-trawwim ta' ambjent stabbli u koperattiv f'dan is-settur.
Il-Ministru Galdes stqarr li l-liġi tal-kera li ġiet emendata riċentament kienet pass importanti fir-riforma tal-kirjiet. L-emendi ntlaqgħu tajjeb mill-istakeholders prinċipali wara djalogu kontinwu magħhom, hekk kif dan huwa pass sinifikanti 'l quddiem biex jiġi żgurat trattament ekwu għal kulħadd.
“Bħala Gvern kommessi li nsaħħu s-suq tal-proprjetà u nipproteġu d-drittijiet tal-partijiet kollha nvoluti. L-impenn tagħna jibqa' li nibnu futur fejn is-suq tal-proprjetà mhux biss ikun robust u dinamiku iżda wkoll ġust u trasparenti," temm jgħid il-Ministru Roderick Galdes.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928