Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Reviżjoni tar-Reġistru Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali

pr240762
Date Icon 06/05/2024

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil kull min kien kwalifikat biex ikun reġistrat bħala votant fil-15 ta' April, 2024, dwar l-importanza li jiġu ivverifikati li l-isem u l-partikolaritajiet qed jidhru fir-reġistru elettorali rivedut ippubblikat fl-20 ta' April, 2024.

Dawk il-persuni li saru ċittadini ta' Malta b'naturalizzazzjoni jew b'reġistrazzjoni u dawk li għandhom ċertifikat ta' ċittadinanza doppja għandhom id-dritt ikunu reġistrati bħala votanti f'dan ir-reġistru jekk, fil-15 ta' April, 2024, kellhom il-kwalifiki meħtieġa skont il-Kostituzzjoni ta' Malta u skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354).  Għalhekk, dawn il-persuni huma mħeġġa jivverifikaw li jidhru bħala votanti fl-imsemmi reġistru.

Min ma ġiex inkluż f'dan ir-reġistru, avolja ma jkunx għamel applikazzjoni qabel lill-Kummissjoni Elettorali għal dan il-għan, jew li xi partikolaritajiet tiegħu kif jidhru fir-Reġistru jenħtieġu korrezzjoni, jista' jippreżenta appell lill-Uffiċjal Reviżur sa nhar is-Sibt il-11 ta' Mejju, 2024, sabiex jitlob li ismu jiddaħħal f'dan ir-reġistru.  Kull min jixtieq jippreżenta appell jista' jikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali, Ex Trade Fair Grounds, In-Naxxar jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow