Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-ECOHIVE Academy tiftaħ il-bibien tagħha: ċentru edukattiv innovattiv biex jippromwovi prattiċi sostenibbli

pr240761
Date Icon 06/05/2024

Ċentru ġdid interattiv u edukattiv li jinsab fil-Park tal-Familja ġewwa Marsaskala fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku, u qed jilqa' lil dawk kollha interessati li jitgħallmu iktar dwar is-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart u prattiċi sostenibbli.

L-ECOHIVE Academy, żviluppata minn WasteServ Malta, hija l-ewwel ċentru imfassal biex jeduka dwar l-immaniġġjar tal-iskart u jippromwovi prattiċi sostenibbli permezz ta' varjetà ta' wirjiet interattivi u esperjenzi diġitali, f'forma ta' logħob.

Flimkien mal-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca, membri tal-midja ġew mistiedna jesperjenzaw dak li qed joffri dan iċ-ċentru.

Il-Ministru Dalli laqgħet il-ftuħ ta' dan il-proġett innovattiv, u qalet li l-ECOHIVE Academy tirrappreżenta l-viżjoni tal-Gvern fl-immaniġġjar tal-iskart. "Billi nħeġġu lill-pubbliku jagħraf l-iskart bħala riżorsa siewja, qed inwittu t-triq għal soċjetà aktar konxja mill-ambjent filwaqt li nikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Nafu wkoll li l-edukazzjoni hija essenzjali u għalhekk nawgura li dan iċ-ċentru edukattiv jgħin biex titnaqqas il-perċezzjoni tan-nies dwar l-iskart u r-realtà," qalet il-Ministru Dalli.

L-ECOHIVE Academy toffri esperjenza unika għal viżitaturi ta' kull età, bl-użu ta' augmented reality, wirjiet interattivi, u logħob diġitali biex tispjega l-importanza tas-sostenibbiltà u l-immaniġġjar tal-iskart. Dan iċ-ċentru jipprovdi mod innovattiv għat-tagħlim, u jagħmel l-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-immaniġġjar tal-iskart interessanti u aċċessibbli għal kulħadd.

Il-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ Richard Bilocca, enfasizza l-importanza tal-investiment fil-ġenerazzjonijiet futuri. “L-ECOHIVE Academy mhux biss qed tagħmel it-tagħlim aktar pjaċevoli iżda qed tinvolvi wkoll nies ta' kull età biex ikunu parti minn din il-bidla," qal il-Kap Eżekuttiv. Din l-inizjattiva tenfasizza wkoll l-impenn kontinwu tal-WasteServ lejn l-edukazzjoni.

L-ECOHIVE Academy hija maqsuma f'żoni differenti, kull waħda ddedikata biex turi diversi aspetti tal-immaniġġjar tal-iskart li huma parti mill-proġett ECOHIVE. Il-viżitaturi, permezz ta' tablets, jistgħu jesploraw dawn iż-żoni billi jużaw QR code, fejn ikunu jistgħu jilgħabu logħob divertenti u jaċċessaw informazzjoni siewja dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart b'mod effettiv u r-rwol tiegħu lejn ekonomija ċirkolari.

L-ECOHIVE Academy hija miftuħa mit-Tlieta sal-Ħadd, mid-9 am sal-4 pm. Id-dħul huwa b'xejn. Għal aktar informazzjoni żur ecohive.com.mt/academy.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-ECOHIVE Academy tiftaħ il-bibien tagħha: ċentru edukattiv innovattiv biex jippromwovi prattiċi sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-ECOHIVE Academy tiftaħ il-bibien tagħha: ċentru edukattiv innovattiv biex jippromwovi prattiċi sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-ECOHIVE Academy tiftaħ il-bibien tagħha: ċentru edukattiv innovattiv biex jippromwovi prattiċi sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-ECOHIVE Academy tiftaħ il-bibien tagħha: ċentru edukattiv innovattiv biex jippromwovi prattiċi sostenibbli
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow