STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
B’referenza għall-Istqarrija PR240672, dwar dawk li applikaw irregolarment u ħadu assistenza għal diżabilità severa li ma kinux intitolati għalihom u li kif rakkomandat mill-Kabinett tal-Ministri lill-President ta’ Malta, hu possibbli li jieħdu l-maħfra, il-proċedura tapplika għall-:
(1) persuni illi mill-1 ta’ Jannar 2022 ’il quddiem instabu ħatja minn Qorti Kriminali ta’ reati li ġejjin mill-fatt illi dawk il-persuni rċevew bħala benefiċjarji b’kull mod li jkun iżda indebitament, benefiċċju soċjali li ma kinux intitolati għalih;
(2) persuni illi għandhom proċeduri kriminali pendenti quddiem xi Qorti Kriminali dwar l-istess reati kommessi f’ċirkostanzi simili għal dawk li qiegħda ssir referenza għalihom fil-paragrafu (1); u
(3) persuni illi ottjenew benefiċċju soċjali li ma kienx dovut lilhom f’ċirkostanzi simili għal dawk li qiegħda ssir referenza għalihom u li huma possibbli li jittieħdu proċeduri kriminali kontra tagħhom minħabba dak il-fatt; u dan b’esklużjoni tal-persuni li kienu l-artefiċi, il-promoturi jew l-istigaturi tar-reati koperti minn din il-maħfra.
Għaldaqstant, u skont it-termini tal-Proklama maħruġa mill-President ta’ Malta kif ikkomunikati b’mod l-aktar ċar fi stqarrija tal-Gvern ta’ Malta msemmija aktar ’il fuq, kull persuna indikata fil-paragrafi (1), (2) jew (3) li tixtieq li tkun ikkunsidrata li tibbenefika minn din il-maħfra, għandha l-ewwelnett tagħmel talba permezz tar-rappreżentant legali tagħha lid-Direttur Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali billi fost oħrajn tikkonferma li tixtieq trodd il-flus li ħadet lura u tipprovdi informazzjoni dwar kif se tħallas lura dak dovut.
Wara li jsiru l-verifikazzjonijiet kollha meħtieġa, malli l-persuna jew tħallas lura il-flus kollha, jew tidħol fi ftehim bil-miktub biex tibda tħallas flusha lura, it-talba għall-maħfra tintbagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija u eventwalment lill-Ministeru għall-Ġustizzja sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jikkonferma l-ħruġ tal-maħfra lill-applikant.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928