Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji

pr240752
Date Icon 03/05/2024

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta' Malta f'Ta' Qali. “Wegħidna spazji miftuħa u qed nagħtu spazji miftuħa," sostna fil-bidu tal-indirizz tiegħu fiż-żona li kienet fabbrika tal-konkrit u post abbandunat li spiċċa jintuża għal rimi illegali ta' skart tal-kostruzzjoni. Minflok illum hemm park rikreattiv li mistenni jilqa' avvenimenti kbar u spazju aħdar miftuħ għall-familji.

Kien f'dan il-kuntest li l-Prim Ministru saħaq, “Stajna ġejna hawn u ninawguraw fabbrika iżda filwaqt li l-investiment f'setturi ekonomiċi huwa importanti u jrid ikun hemm fil-post it-tajjeb, daqstant ieħor irridu ninvestu fi proġetti bħal dawn li jagħtu ħajja aħjar lill-familji." Il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-proġett, parti minn kullana fl-akbar riġenerazzjoni ħadra li qed issir f'Ta' Qali, hu eżempju ta' proġetti li qed naraw fil-ħidma kollha li qed iwettaq il-Gvern madwar il-pajjiż kollu.

Dr Abela qal li b'dan l-aħħar proġett b'investiment ta' €16-il miljun, tajna post ieħor għall-familji. Sostna li l-aspett tal-kwalità tal-ħajja aħjar mhuwiex biss investiment f'setturi ekonomiċi iżda anki b'investiment ta' proġetti ta' livell għoli bħal dak f'Ta' Qali, li jsaħħu lill-familji. Il-Prim Ministru nnota wkoll kif iż-Żona għall-Kunċert se tagħti spazju ieħor lill-artisti u lit-talent sabiħ li għandu pajjiżna flimkien mal-potenzjal li Malta tibqa' tiġbed lejha avvenimenti sbieħ.

Qabel l-inawgurazzjoni tkellem ukoll il-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett. Huwa spjega kif dan il-post jissimbolizza l-impenn bla waqfien tal-Gvern fil-ħidma tiegħu għal bidla pro-attiva li twassal għat-titjib tal-mod kif ngħixu u naħdmu. “Dan il-proġett jinkorpora d-dedikazzjoni tagħna għall-iżvilupp sostenibbli filwaqt li jiżgura li l-futur kollettiv tagħna huwa mibni fuq il-prinċipji tal-innovazzjoni, ir-responsabbiltà u l-inklussività. Dan il-proġett huwa xhieda ta' Gvern tassew iddedikat għall-progress u t-titjib tas-soċjetà," qal il-Ministru Bonett.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal, “Inħares 'il quddiem li l-Maltin u l-Għawdxin iżuru dan il-ġmiel ta' post. Nemmen li mhux se jkun biss il-post fejn it-tfal, iż-żgħażagħ, familji u l-anzjani Maltin u Għawdxin jiġu jirrilassaw, imma wkoll post fejn tista' tagħmel memorji sbieħ li nġorru matul ħajjitna fl-akbar spazju miftuħ li wettaq dan il-Gvern f'pajjiżna."

Il-Kap tat-Taqsima tal-Park Nazzjonali ta' Malta f'Ta' Qali Jason Micallef spjega kif iż-Żona għall-Kunċerti u park rikreattiv ġdid għall-familji jżid mal-kullana ta' spazji ħodor ġodda fil-Park Nazzjonali ta' Malta f'Ta' Qali. Dan skont il-viżjoni u l-pjan li f'Ta' Qali titwettaq l-akbar riġenerazzjoni fuq spazji ħodor f'pajjiżna.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Inawgurata ż-Żona għall-Kunċerti fil-Park Nazzjonali ta’ Malta f’Ta’ Qali – spazju miftuħ ieħor mogħti lill-familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow