Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus

pr240751
Date Icon 03/05/2024

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lil Sviatlana Tsikhanouskaya, il-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus, fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Waqt il-laqgħa bilaterali, il-President Spiteri Debono u s-Sa Tsikhanouskaya ddiskutew diversi suġġetti fosthom is-sitwazzjoni politika attwali fil-Belarus, ir-rwol tal-Unjoni Ewropea u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Iż-żewġ mexxejja esprimew it-tama li jiġi enfasizzat ir-rwol tan-nisa fil-ħajja pubblika.

Il-President Spiteri Debono kkonfermat l-appoġġ ta' Malta għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u għal aktar demokratizzazzjoni, filwaqt li esprimiet solidarjetà ma' dawk li qed jiġġieldu għal-libertà madwar id-dinja.

Is-Sa Tsikhanouskaya rrikonoxxiet is-simpatija ta' Malta għall-ġlieda għal-libertà, b'mod partikolari fil-Belarus, u rringrazzjat lill-President Spiteri Debono għar-rwol ta' Malta fil-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà madwar id-dinja.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, kien preżenti għal-laqgħa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tilqa’ lill-Kap tal-Kabinett Tranżitorju Magħqud tal-Belarus
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow