STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 ta’ Ġunju 2024
Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b'effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattagħlhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tal-20 ta' April, 2024, rivedut bid-deċiżjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità. Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:
Mit-Tnejn sal-Ħadd:
mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.
Is-Sibt l-1 ta' Ġunju, 2024:
mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sal-10.00 p.m.
Mill-Ħadd it-2 ta' Ġunju sal-Erbgħa, il-5 ta' Ġunju, 2024 (l-aħħar jum):
mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.
Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.
Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista' jivvota.
Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon f'Malta 2558 3131 u f'Għawdex 21556317.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928