Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Aktar għajnuna lin-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise

pr240748
Date Icon 03/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri nieda disa' skemi tal-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi għandhom l-għan li jiffukaw fuq setturi partikolari fl-ekonomija tagħna bħall-innovazzjoni teknoloġika, diġitalizzazzjoni, ekonomija blu u ħadra, fost oħrajn.

“Għandna ekosistema sħiħa f'pajjiżna biex nibqgħu ngħinu lin-negozji diġà stabbiliti f'pajjiżna, biex ngħinu lil start-ups f'kull stadju tagħhom, biex nibqgħu nattiraw aktar investiment dirett barrani f'pajjiżna u biex inkomplu nimirħu f'niċeċ ekonomiċi ġodda li jirrikjedu inqas art fejn jaħdmu u jipprovdu aktar karrieri b'pagi aħjar," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise Kurt Farrugia qal, “Parti mill-ħidma ta' Malta Enterprise hija li nantiċipaw ix-xejriet ekonomiċi u nidentifikaw opportunitajiet għall-pajjiż. L-inċentivi huma għodod importanti. Id-disa' skemi li qed inniedu huma verżjonijiet aħjar biex inkunu allinjati mal-viżjoni li noħolqu ekonomija li toħloq impjiegi ta' kwalità ogħla, tinċentiva l-innovazzjoni, tkabbar u tiddiversifika n-negozji kollha li joperaw f'Malta u Għawdex."

Id-disa' skemi li ġew imnedija llum huma: l-iskema Invest għall-investimenti inizjali; l-għotja għall-Iżvilupp tan-negozju (BD Grant); l-iskema għall-iżvilupp tal-ħiliet (skills development scheme); l-iskemi R & D li jinkludu l-Innovate u Exploring Research, il-B Start u Startup Finance Schemes għall-istartups innovattivi  u s-Smart and sustainable investments grant għal investiment li jnaqqas l-impatt ambjentali tal-kumpaniji.

Iktar informazzjoni fuq l-iskemi tista' tinkiseb mis-sit: https://maltaenterprise.com/support

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Aktar għajnuna lin-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Aktar għajnuna lin-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow