STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Aktar għajnuna lin-negozji permezz ta’ skemi tal-Malta Enterprise
F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri nieda disa' skemi tal-Malta Enterprise. Dawn l-iskemi għandhom l-għan li jiffukaw fuq setturi partikolari fl-ekonomija tagħna bħall-innovazzjoni teknoloġika, diġitalizzazzjoni, ekonomija blu u ħadra, fost oħrajn.
“Għandna ekosistema sħiħa f'pajjiżna biex nibqgħu ngħinu lin-negozji diġà stabbiliti f'pajjiżna, biex ngħinu lil start-ups f'kull stadju tagħhom, biex nibqgħu nattiraw aktar investiment dirett barrani f'pajjiżna u biex inkomplu nimirħu f'niċeċ ekonomiċi ġodda li jirrikjedu inqas art fejn jaħdmu u jipprovdu aktar karrieri b'pagi aħjar," qal il-Ministru Silvio Schembri.
Il-Kap Eżekuttiv ta' Malta Enterprise Kurt Farrugia qal, “Parti mill-ħidma ta' Malta Enterprise hija li nantiċipaw ix-xejriet ekonomiċi u nidentifikaw opportunitajiet għall-pajjiż. L-inċentivi huma għodod importanti. Id-disa' skemi li qed inniedu huma verżjonijiet aħjar biex inkunu allinjati mal-viżjoni li noħolqu ekonomija li toħloq impjiegi ta' kwalità ogħla, tinċentiva l-innovazzjoni, tkabbar u tiddiversifika n-negozji kollha li joperaw f'Malta u Għawdex."
Id-disa' skemi li ġew imnedija llum huma: l-iskema Invest għall-investimenti inizjali; l-għotja għall-Iżvilupp tan-negozju (BD Grant); l-iskema għall-iżvilupp tal-ħiliet (skills development scheme); l-iskemi R & D li jinkludu l-Innovate u Exploring Research, il-B Start u Startup Finance Schemes għall-istartups innovattivi u s-Smart and sustainable investments grant għal investiment li jnaqqas l-impatt ambjentali tal-kumpaniji.
Iktar informazzjoni fuq l-iskemi tista' tinkiseb mis-sit: https://maltaenterprise.com/support
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928