STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Rikompost il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni
ll-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni ħabbar rikompożizzjoni fil-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni. Il-Ministru Jonathan Attard irringrazzja liċ-Chairperson u l-kumplament tal-membri tal-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għall-ħidma mwettqa minnhom fl-aħħar snin, filwaqt li awgura lil membri tal-bord il-ġodda. “B'dawn il-ħatriet il-ġodda rajna li nkomplu nsaħħu dan il-bord b'ħiliet, perspettivi u esperjenzi ġodda, b'tali mod li nkomplu nwettqu dan il-proċess riformattiv fis-settur tal-kostruzzjoni. Konxji li hemm ħafna xi jsir f'dan is-settur però determinati aktar minn qatt qabel li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet opportuni biex mhux biss nimplimentaw l-impenji tagħna fil-manifest elettorali u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika, imma mmorru pass aktar biex ngħollu l-istandards fis-settur."
Il-Bord tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni l-ġdid se jikkonsisti minn:
Chairperson
Il-Perit Simon Saliba
Viċi Chairperson
Dr Ian Borg
Membri
Dr Marouska Debono
Il-Perit Herman Bonnici
L-Inġinier Ray Pellicano
Il-Perit Ivan Piccinino
Kurt Farrugia
L-Inġinier Chris Borg
Il-Perit Krista Xuereb
Dr David Bonello
L-Inġinier Robert Schembri
Segretarja
Jessica Schembri
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928