Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ikompli jiġi estiż is-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete

pr240745
Date Icon 03/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li qed ikompli jiġi estiż is-servizz tal-Continuous Glucose Monitoring biex dan is-servizz jilħaq aktar persuni. Huwa semma l-ħidma li qed issir mill-Gvern biex tkompli tiġi indirizzata l-kundizzjoni tad-dijabete, hekk kif din il-kundizzjoni taffettwa 10% tal-popolazzjoni. 

Il-Ministru Abela fakkar ukoll li ftit tal-ġranet ilu ġie mħabbar li d-Dipartiment tad-Dijabete tal-Isptar Mater Dei ġie rikonoxxut internazzjonalment bħala Ċentru t'Eċċellenza.

Huwa ta spjegazzjoni fuq is-servizz essenzjali li joffri l-Continuous Glucose Monitoring, hekk kif il-kontroll taz-zokkor fid-demm b'aktar preċiżjoni jtejjeb il-kwalità tal-ħajja u l-pronjożi tal-pazjenti dijabetiċi. Dan is-servizz issa qed jiġi estiż għal dawn il-persuni:

  • Persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete tip 1 (dipendenti fuq l-insulina) li għandhom età bejn 35 u 45 sena;
  • Persuni li minħabba mard relatat mal-frixa jiġu dipendenti fuq l-insulina;
  • Persuni li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete matul it-tqala (Gestational Diabetes).

Il-Ministru Abela spjega li permezz ta' din il-miżura, il-Gvern qed jwettaq wegħda oħra hekk kif qed jestendi s-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete, mhux biss tat-tip 1 imma wkoll f'ċirkostanzi partikolari. Huwa mistenni li madwar 200 persuna ser jibbenefikaw għall-ewwel darba minn dan is-servizz, li qed jsir b'investiment ta' aktar minn miljun ewro. 

Huwa tenna li se jkomplu jaħdmu flimkien mal-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa biex ikompli l-monitoraġġ tad-dijabete u li jinstabu modi innovattivi biex tkompli tiġi kkontrollata din il-kundizzjoni lokalment, filwaqt li jkomplu jassistu lill-pazjenti li jbatu minn din il-kundizzjoni.

“Din il-miżura hija waħda minn kullana ta' miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jindirizza l-kundizzjoni tad-dijabete, inkluż kundizzjonijiet oħra assoċjati bħall-obeżità. Kommessi li nkomplu naħdmu sabiex dan is-servizz ikompli jiġi estiż biex jilħaq aktar persuni u se naħdmu wkoll fuq innovazzjonijiet oħra," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ikompli jiġi estiż is-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ikompli jiġi estiż is-servizz tal-monitoraġġ tad-dijabete
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow