Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tkompli tappoġġja l-isforzi tal-forzi demokratiċi tal-Belarus

pr240742
Date Icon 02/05/2024

Il-Ministru Ian Borg b'laqgħa bilaterali ma' Sviatlana Tsikhanouskaya, Kap tal-Kabinett Transitorju Maqgħud tal-Belarus

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ta' Malta Ian Borg iltaqa' ma' Sviatlana Tsikhanouskaya, il-Kap tal-Kabinett Transitorju Maqgħud tal-Belarus il-Ħamis waranofsinhar, fil-Palazz Spinola f'San Ġiljan.

Il-laqgħa enfasizzat l-appoġġ bla waqfien ta' Malta għall-isforzi bla heda tal-forzi demokratiċi tal-Belarus.

Il-Ministru Borg enfasizza l-impenn sod ta' Malta għaż-żamma tal-istat tad-dritt, il-libertajiet bażiċi, u d-drittijiet tal-bniedem.

Filwaqt li esprima tħassib serju dwar l-azzjonijiet dejjem aktar ripressivi tar-reġim ta' Lukashenka, inkluż intimidazzjoni, sfurzar, vjolenza, u arresti arbitrarji, il-Ministru Borg sostna li “Malta hija solidali mas-soċjetà ċivili tal-Belarus u l-midja indipendenti." Qal li ż-żieda allarmanti fil-priġunieri politiċi fil-Belarus hija ksur ċar tal-aspirazzjonijiet paċifiċi tal-poplu għal futur demokratiku.

“Malta ttenni s-sejħa tagħha għall-ħelsien immedjat u r-riabilitazzjoni effettiva tal-priġunieri politiċi kollha fil-Belarus u tikkundanna l-involviment tar-reġim ta' Lukashenka fl-invażjoni illegali tar-Russja fl-Ukrajna," qal il-Ministru Borg.

“Bħala ġirien u msieħba mill-qrib tal-Unjoni Ewropea, Malta hija impenjata li tippromwovi impenn aktar profond mal-partijiet interessati demokratiċi fil-Belarus. Dan l-impenn jestendi għal sforzi kontinwi fi ħdan l-UE, inklużi s-Sħubija tal-Lvant u l-Grupp Konsultattiv, kif ukoll lir-rwol ta' Malta bħala Chairpersonship-in-Office tal-OSCE għal din is-sena", żied jgħid.

Min-naħa tagħha, il-Kap tal-Kabinett Transitorju Maqgħud tal-Belarus Sviatlana Tsikhanouskaya rringrazzjat lill-Ministru Ian Borg għall-istedina tiegħu biex tagħmel żjara ta' xogħol f'pajjiżna. Hija rringrazjat lill-Malta wkoll tal-kontribuzzjoni li għamlet għall-grupp ta' kuntatt tal-Belarus fil-Kunsill tal-Ewropa.

B'riflessjoni fuq iż-żjara ta' Tsikhanouskaya, il-Ministru Borg faħħar lill-Kabinett Transitorju Magħqud għall-ħidma ddedikata tiegħu lejn ir-restawr paċifiku tad-demokrazija fil-Belarus. “Huwa imperattiv li l-Belarus tinżamm fuq quddiem fl-aġenda internazzjonali, b'Malta li tafferma mill-ġdid l-impenn indispensabbli tagħha mal-forzi demokratiċi tal-Belarus," sostna l-Ministru Borg. Huwa tenna l-pożizzjoni ta' Malta li tibqa' solidali mal-poplu tal-Belarus fit-tfittxija tiegħu għal futur ħieles, indipendenti u demokratiku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tkompli tappoġġja l-isforzi tal-forzi demokratiċi tal-Belarus
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tkompli tappoġġja l-isforzi tal-forzi demokratiċi tal-Belarus
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tkompli tappoġġja l-isforzi tal-forzi demokratiċi tal-Belarus
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow