Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iffirmat ftehim ma’ Victim Support Malta sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi li joffru

pr240740
Date Icon 30/04/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ħidma komunitarja permezz ta' tisħiħ finanzjarju  ta' ftehimiet soċjali illi għandu ma' diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Għal dan il-għan, ġie ffirmat ftehim soċjali mal-Victim Support Malta li joffri servizzi mmexxija minn professjonisti fil-qasam soċjali u servizzi terapewtiċi, psikjatriċi, u anke legali għal persuni li jkunu għaddew minn xi diffikultajiet. Dan il-ftehim jammonta għal €600,000 mifruxa fuq 3 snin sabiex ikomplu jiġu offruti s-servizzi minn dan l-NGO.

“Permezz ta' ftehimiet bħal dawn qed inkomplu nżidu l-viżibilità tagħna, u nilħqu dawk l-aktar illi għandhom bżonn  sapport. Kommessi li nkomplu nassistu lil dawn l-għaqdiet sabiex jibqgħu joffru lill-pubbliku dawn is-servizzi," saħaq il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta' Victim Support Malta  Karl Grech għamel appell sabiex min iħossu vulnerabbli, jew għadda minn esperjenza trawmatika, ma jibżax jitkellem b'mod kunfidenzjali ma' din l-NGO, sabiex ikun jista' jibda jibbenefika mit-terapija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iffirmat ftehim ma’ Victim Support Malta sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi li joffru
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow