Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tospita għall-ewwel darba l-Green Vision Summit and Expo

pr240739
Date Icon 30/04/2024

Għall-ewwel darba, pajjiżna qiegħed jospita l-Green Vision Summit and Expo. Din il-konferenza qiegħda tlaqqa' 'l fuq minn 650 delegat barrani u 40 mistednin distinti mill-Iżlanda, il-Portugal, ir-Renju Unit, il-Ghana, il-Ġermanja, l-Indja, u oħrajn.

Dan is-summit qiegħed ilaqqa' esperti barranin ma' dawk lokali biex jiddiskutu dwar kif jistgħu jittrattaw it-tema tas-sostenibbiltà fost is-soċjetà Maltija. Il-ħsieb aħħari huwa li permezz ta' din l-istess diskussjoni, azjendi privati jkunu jistgħu b'mod tanġibbli jadvokaw prattiċi sostenibbli fl-operat tagħhom ta' kuljum.

Din il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti.

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li s-sostenibbiltà hija kruċjali b'mod partikolari fejn tidħol l-industrija tat-turiżmu. “Il-viżjoni aħħarija tagħna hija li sal-2030 nibnu mudell turistiku bbażat fuq il-kwalità, l-awtentiċità u s-sostenibbiltà. Għal dan il-għan waqqafna l-ewwel Osservatorju tat-Turiżmu Malti fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li jħares l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu, li jinkludi wkoll qafas ta' inizjattivi sostenibbli," saħaq il-ministru.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti faħħar ir-rwol tal-Aġenzija Żgħażagħ u l-MCST fl-appoġġ ta' inizjattivi bħall-Green Vision, fejn qed jagħtu l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex ikomplu jrawmu l-innovazzjoni. “Iż-żgħażagħ tagħna mhumiex biss il-mexxejja ta' għada; imma huma dawk li jfasslu l-bidla tal-lum. Permezz tal-kreattività u d-determinazzjoni bla heda tagħhom, huma qed jixprunaw il-progress b'modi li jispirawna speċjalment fis-settur tal-iżvilupp sostenibbli," kompla jgħid is-segretarju parlamentari.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tospita għall-ewwel darba l-Green Vision Summit and Expo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tospita għall-ewwel darba l-Green Vision Summit and Expo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta tospita għall-ewwel darba l-Green Vision Summit and Expo
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow