Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Gvern li jibqa’ jiffaċilita l-progress ekonomiku – il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda

pr240735
Date Icon 30/04/2024

It-Tlieta filgħodu, fil-binja tar-Reġistru tan-Negozji ta' Malta l-MBR fiż-Żejtun, ittella' Kabinett ieħor man-nies, din id-darba ma' nies li b'xi mod jew ieħor jikkontribwixxu fil-qasam ekonomiku ta' pajjiżna.

Wara li sema' l-ħsibijiet ta' bosta persuni ġejjin minn ażjendi varji, fosthom fil-qasam tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-logħob diġitali, is-settur tal-ikel u oħrajn, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-Gvern jibqa' wieħed li jiffaċilita l-investiment u l-progress ekonomiku. Saħaq li filwaqt li huwa tajjeb li qed inkomplu nattiraw lejn pajjiżna niċeċ ekonomiċi ġodda, jeħtieġ li dan il-ġid inkomplu nkattruh billi nnaqqsu l-ostakli burokratiċi. Kien hawnhekk li ħabbar il-pubblikazzjoni tas-sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra. “Hawnhekk qed nitkellmu fuq sistema ċentralizzata li biha intrapriżi li jkollhom bżonn jgħaddu minn skrutinju ta' entitajiet kompetenti, ikollhom sistema waħda ċentralizzata minn fejn jiġbru d-dokumenti fuq kumpanija," saħaq Dr Abela.

Fisser li dan huwa l-mod kif jinstabu soluzzjonijiet innovattivi u moderni li jiffaċilitaw ħidmet l-intrapriżi. Ħabbar ukoll il-Credit Review Office li se jkun qed jibda jopera mill-ġimgħat li ġejjin. Qal li l-funzjoni ta' dan l-uffiċċju se jkun li jirrikonċilja bejn banek u negozji dwar self mogħti lill-istess negozju. “Hekk jaħdem min jiffaċilita l-investiment. Dan nagħmluh għax nafu li l-investiment fil-pajjiż, il-fiduċja f'Malta, imbagħad tirrifletti f'investiment fin-nies," sostna l-Prim Ministru.

Dwar ir-reġim tat-tassazzjoni l-Prim Ministru Robert Abela saħaq li filwaqt li l-Gvern qiegħed joħloq ambjent aħjar għal min jinvesti f'pajjiżna, qiegħed ukoll jaħdem fuq regoli u leġiżlazzjoni li ġejja minn barra. Qal li ħafna drabi dak li jkun jgħodd għal pajjiżi kbar Ewropej ma jkunx jgħodd għal pajjiż żgħir bħal tagħna. “Għalhekk importanti ħafna li l-Gvern u r-rappreżentanti ta' pajjiżna f'istituzzjonijiet bħall-Parlament Ewropew dejjem ipoġġu l-interess ta' pajjiżna l-ewwel," qal Dr Abela.

Hawnhekk assigura lill-komunità kummerċjali li bħalma l-Gvern kien tarka għalih quddiem ix-xokkijiet fil-prezzijiet internazzjonali, l-istess se jiġri quddiem bidliet fil-leġiżlazzjoni internazzjonali.

Il-Prim Ministru temm jgħid li l-Gvern se jibqa' jkun ta' sors ta' appoġġ għan-negozji għaliex il-viżjoni tal-Gvern tiddependi mis-suċċess tal-kumpaniji f'pajjiżna. “Bħala Gvern b'ruħ soċjali, aħna għandna bħala prijorità, li kulħadd jipprogressa u jilħaq l-aspirazzjonijiet. Biex dan iseħħ għandna bżonn ekonomija li dejjem tikber u toħloq opportunitajiet ġodda", qal il-Prim Ministru. Hekk biss pajjiżna jista' jibqa' l-iktar ekonomija dinamika fl-Ewropa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Gvern li jibqa’ jiffaċilita l-progress ekonomiku – il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Gvern li jibqa’ jiffaċilita l-progress ekonomiku – il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Gvern li jibqa’ jiffaċilita l-progress ekonomiku – il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Gvern li jibqa’ jiffaċilita l-progress ekonomiku – il-Prim Ministru Robert Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

Aktar Stqarrijiet Right arrow