STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI Għandu jkun hemm disponibbli fondi għall-bdiewa u r-raħħala sabiex ikollna azjendi aktar kompetittivi, effettivi u attraenti – il-Ministru Anton Refalo
“Irridu niffukaw fuq fondi li jiżguraw li l-azjendi eżistenti jsiru aktar kompetittivi, li jkunu jistgħu jlaħħqu u jirrispondu b’mod effettiv mas-swieq, u li jkunu attraenti biżżejjed biex jattiraw aktar nies lejn dan is-settur.” Iddikjara dan il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell.
Il-Ministru Anton Refalo saħaq li għandu jinstab bilanċ bejn il-promozzjoni ta' prattiċi favur l-ambjent li ma jikkopromettux il-vijabilità tas-settur agrikolu. “Għandna nikkunsidraw mudell ta’ kumpens finanzjarju li jmur lil hinn milli jagħmel tajjeb biss għat-telf u l-ispejjeż tal-bidwi jew li jiġi bbażat biss fuq il-kobor tal-art agrikola jew il-prodott. Hemm bżonn ta’ aktar flessibiltà sabiex kull stat membru jkollu s-saħħa u l-kapaċità li jiddistribwixxi l-fondi kif u meta jkun hemm il-bżonn,” tenna l-Ministru Refalo.
Ġew diskussi wkoll ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi. Dwar dan il-Ministru Refalo saħaq “Jeħtieġ li nkunu kawti sabiex dawn il-ftehimiet ma jkunux ta’ detriment għall-bdiewa u r-raħħala tagħna stess. Irridu nkomplu nappoġġjaw lill-komunitajiet tal-biedja tagħna filwaqt li ma nkomplux ngħabbuhom b’piżijiet u obbligi addizzjonali.”
Il-Ministru Anton Refalo temm jgħid li għandha tkompli l-ħidma sabiex ikun hemm iktar simplifikazzjoni u flessibilità fl-aċċess għall-fondi tal-UE, speċjalment fl-oqsma tas-sostenibbiltà.
Stqarrijiet Oħra:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928