Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI Għandu jkun hemm disponibbli fondi għall-bdiewa u r-raħħala sabiex ikollna azjendi aktar kompetittivi, effettivi u attraenti – il-Ministru Anton Refalo

pr240732
Date Icon 30/04/2024

“Irridu niffukaw fuq fondi li jiżguraw li l-azjendi eżistenti jsiru aktar kompetittivi, li jkunu jistgħu jlaħħqu u jirrispondu b’mod effettiv  mas-swieq, u li jkunu attraenti biżżejjed biex jattiraw aktar nies lejn dan is-settur.” Iddikjara dan il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo waqt li kien qed jindirizza l-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd fi Brussell.

Il-Ministru Anton Refalo saħaq li għandu jinstab bilanċ bejn il-promozzjoni ta' prattiċi favur l-ambjent li ma jikkopromettux il-vijabilità tas-settur agrikolu. “Għandna nikkunsidraw mudell ta’ kumpens finanzjarju li jmur lil hinn milli jagħmel tajjeb biss għat-telf u l-ispejjeż tal-bidwi jew li jiġi bbażat biss fuq il-kobor tal-art agrikola jew il-prodott. Hemm bżonn ta’ aktar flessibiltà sabiex kull stat membru jkollu s-saħħa u l-kapaċità li jiddistribwixxi l-fondi kif u meta jkun hemm il-bżonn,” tenna l-Ministru Refalo.

Ġew diskussi wkoll ftehimiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi. Dwar dan il-Ministru Refalo saħaq “Jeħtieġ li nkunu kawti sabiex dawn il-ftehimiet ma jkunux ta’ detriment għall-bdiewa u r-raħħala tagħna stess. Irridu nkomplu nappoġġjaw lill-komunitajiet tal-biedja tagħna filwaqt li ma nkomplux ngħabbuhom b’piżijiet u obbligi addizzjonali.”

Il-Ministru Anton Refalo temm jgħid li għandha tkompli l-ħidma sabiex ikun hemm iktar simplifikazzjoni u flessibilità fl-aċċess għall-fondi tal-UE, speċjalment fl-oqsma tas-sostenibbiltà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJET TAL-ANNIMALI Għandu jkun hemm disponibbli fondi għall-bdiewa u r-raħħala sabiex ikollna azjendi aktar kompetittivi, effettivi u attraenti – il-Ministru Anton Refalo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow